|
+Artikolu 260 1. |
Artikolu 260 1.Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 213(2)(c), l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jivverifikaw jekk l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, li l-uffiċċju prinċipali tal-impriża prinċipali tagħhom ikun jinsab barra l-Unjoni, humiex soġġetti għal superviżjoni minn awtorità superviżorja ta' pajjiż terz, li tkun ekwivalenti għal dik prevista f'dan it-Titolu dwar is-superviżjoni fil-livell tal-grupp tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 213(2)(a) u (b). Meta ma jkun ġie adottat ebda att delegat f'konformità mal-paragrafu 2, 3 jew 5 ta' dan l-Artikolu, il-verifika għandha ssir mill-awtorità superviżorja, li tkun is-superviżur tal-grupp kieku l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 247(2) kellhom japplikaw (“l-aġent superviżur tal-grupp”), fuq talba tal-impriża prinċipali jew ta' kwalunkwe waħda mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzati fl-Unjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess. L-AEAPX għandha tassisti lill-aġent superviżur tal-grupp f'konformità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. B'dan il-mod, l-aġent superviżur tal-grupp għandu, megħjun mill-AEAPX, jikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra konċernati, qabel ma jieħu deċiżjoni dwar l-ekwivalenza. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed f'konformità mal-kriterji adottati skont il-paragrafu 2. L-aġent superviżur tal-grupp m'għandu jieħu ebda deċiżjoni fir-rigward ta' pajjiż terz li tikkontradixxi xi deċiżjoni preċedenti meħuda vis-à-vis dak il-pajjiż terz ħlief meta dan ikun neċessarju biex jitqiesu tibdiliet sinifikanti fir-reġim superviżorju stabbilit fit-Titolu I u fir-reġim superviżorju fil-pajjiż terz. Meta l-awtoritajiet superviżorji ma jaqblux mad-deċiżjoni meħuda f'konformità mat-tielet subparagrafu, dawn jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-AEAPX u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 fi żmien tliet xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni mill-aġent superviżur tal-grupp. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|