+Artikolu 260 L-impriżi prinċipali 'l barra mill-Komunità: il-verifika tal-ekwivalenza
---+Artikolu 260 1.
---+Artikolu 260 2.
---+Artikolu 260 3.
---+Artikolu 260 4.
---+Artikolu 260 5.
---+Artikolu 260 6.
---+Artikolu 260 7.
|
Artikolu 260 L-impriżi prinċipali 'l barra mill-Komunità: il-verifika tal-ekwivalenza
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 260 1.
|
Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 213(2)(c), l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandhom jivverifikaw jekk l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, li l-uffiċċju prinċipali tal-impriża prinċipali tagħhom ikun jinsab barra l-Unjoni, humiex soġġetti għal superviżjoni minn awtorità superviżorja ta' pajjiż terz, li tkun ekwivalenti għal dik prevista f'dan it-Titolu dwar is-superviżjoni fil-livell tal-grupp tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 213(2)(a) u (b). Meta ma jkun ġie adottat ebda att delegat f'konformità mal-paragrafu 2, 3 jew 5 ta' dan l-Artikolu, il-verifika għandha ssir mill-awtorità superviżorja, li tkun is-superviżur tal-grupp kieku l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 247(2) kellhom japplikaw (“l-aġent superviżur tal-grupp”), fuq talba tal-impriża prinċipali jew ta' kwalunkwe waħda mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzati fl-Unjoni jew fuq l-inizjattiva tagħha stess. L-AEAPX għandha tassisti lill-aġent superviżur tal-grupp f'konformità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. B'dan il-mod, l-aġent superviżur tal-grupp għandu, megħjun mill-AEAPX, jikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra konċernati, qabel ma jieħu deċiżjoni dwar l-ekwivalenza. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed f'konformità mal-kriterji adottati skont il-paragrafu 2. L-aġent superviżur tal-grupp m'għandu jieħu ebda deċiżjoni fir-rigward ta' pajjiż terz li tikkontradixxi xi deċiżjoni preċedenti meħuda vis-à-vis dak il-pajjiż terz ħlief meta dan ikun neċessarju biex jitqiesu tibdiliet sinifikanti fir-reġim superviżorju stabbilit fit-Titolu I u fir-reġim superviżorju fil-pajjiż terz. Meta l-awtoritajiet superviżorji ma jaqblux mad-deċiżjoni meħuda f'konformità mat-tielet subparagrafu, dawn jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-AEAPX u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 fi żmien tliet xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni mill-aġent superviżur tal-grupp. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.
|
|
Artikolu 260 2.
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a, ħalli tispeċifika l-kriterji sabiex tivvaluta jekk ir-reġim prudenjzali f'pajjiż terz għas-superviżjoni ta' gruppi jkunx ekwivalenti għal dak stabbilit f'dan it-Titolu.
|
|
Artikolu 260 3.
|
Jekk il-kriterji adottati f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ġew issodisfati minn pajjiż terz, il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-Artikolu 301(a), u megħjuna mill-AEAPX f'konformità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tadotta atti delegati li jiddeterminaw li r-reġim prudenzjali ta' dak il-pajjiż terz huwa ekwivalenti għal dak stipulat f'dan it-Titolu. Tali att delegat għandu jkun rieżaminat regolarment sabiex jitqies kwalunkwe tibdil fir-reġim prudenzjali għas-superviżjoni ta' gruppi stipulati f'dan it-Titolu, u fir-reġim prudenzjali fil-pajjiż terz għas-superviżjoni tal-gruppi, u għal kull bidla oħra fir-regolament li tista' taffettwa d-deċiżjoni dwar l-ekwivalenza. L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fil-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 260 4.
|
Fin-nuqqas ta' att delegat adottat mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 3 jew 5 ta' dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 262.
|
|
Artikolu 260 5.
|
B'deroga mill-paragrafu 3, u wkoll jekk il-kriterji speċifikati fil-paragrafu 2 ma ġewx issodisfati, il-Kummissjoni tista', għal perjodu limitat u f'konformità mal-Artikolu 301a, u megħjuna mill-AEAPX f'konformità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tadotta atti delegati li jiddeterminaw li r-reġim prudenzjali ta' pajjiż terz applikat għal impriżi li l-impriża prinċipali tagħhom jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha barra l-Unjoni fl-1 ta' Jannar 2014 huwa temporanjament ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I, jekk dak il-pajjiżi terz ikun ikkonforma tal-anqas mal-kriterji li ġejjin:
(a)
ikun ta impenn lill-Unjoni li jadotta u japplika reġim prudenzjali li jkun jista' jiġi vvalutat bħala ekwivalenti f'konformità mal-paragrafu 3, qabel it-tmiem ta' dak il-perjodu limitat u li jieħu sehem fil-proċess ta' valutazzjoni tal-ekwivalenza;
(b)
ikun stabbilixxa programm ta' ħidma biex jissodisfa l-impenn skont il-punt (a);
(c)
ikun alloka biżżejjed riżorsi biex jissodisfa l-impenn skont il-punt (a);
(d)
ikollu reġim prudenzjali bbażat fuq ir-riskju u jistabbilixxi rekwiżiti ta' solvenza kwantitattivi u kwalitattivi u rekwiżiti relatati mar-rapportar superviżorju u t-trasparenza u mas-superviżjoni tal-gruppi;
(e)
ikun daħal f'arranġamenti bil-miktub biex jikkoopera u jiskambja informazzjoni superviżorja kunfidenzjali mal-AEAPX u mal-awtoritajiet superviżorji kif definit fl-Artikolu 13(10);
(f)
ikollu sistema ta' superviżjoni indipendenti;
(g)
ikun stabbilixxa obbligi dwar is-segretezza professjonali għall-persuni kollha li jaġixxu f'isem l-awtoritajiet superviżorji tiegħu, b'mod partikolari dwar l-iskambju ta' informazzjoni mal-AEAPX u l-awtoritajiet superviżorji kif definit fl-Artikolu 13(10).
Kwalunkwe atti delegati dwar ekwivalenza temporanja għandhom iqisu r-rapporti mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 177(2). Dawk l-atti delegati għandhom jiġu rieżaminati regolarment, abbażi tar-rapporti ta' progress mill-pajjiż terz rilevanti, li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u jiġu vvalutati minnha annwalment. L-AEAPX għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni ta' dawk ir-rapporti ta' progress. L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fil-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 301a, li jispeċifikaw aktar il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. L-atti delegati jistgħu jkopru wkoll setgħat għall-awtoritajiet superviżorji biex jimponu rekwiżiti addizzjonali ta' rapportar superviżorju matul il-perjodu ta' ekwivalenza temporanja.
|
|
Artikolu 260 6.
|
Il-perjodu limitat imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020 jew fid-data li fiha, f'konformità mal-paragrafu 3, ir-reġim prudenzjali ta' dak il-pajjiż terz ikun meqjus bħala ekwivalenti għal dak stabbilit f'dan it-Titolu, skont liema tiġi l-ewwel. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż b'massimu ta' sena oħra, meta dan iż-żmien ikun meħtieġ għall-AEAPX u l-Kummissjoni biex iwettqu l-valutazzjoni tal-ekwivalenza għall-finijiet tal-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 260 7.
|
Meta jiġi adottat att delegat li jiddetermina li r-reġim prudenzjali ta' pajjiż terz huwa temporanjament ekwivalenti f'konformità mal-paragrafu 5, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 261, sakemm ma jkunx hemm impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tinsab fi Stat Membru li jkollha total tal-karta tal-bilanċ li jeċċedi t-total tal-karta tal-bilanċ tal-impriża prinċipali li tinsab barra l-Unjoni. F'dak il-każ, il-kompitu tas-superviżur tal-grupp għandu jkun eżerċitat mill-aġent superviżur tal-grupp.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|