+Artikolu 268 Definizzjonijiet
---+Artikolu 268 1.
---+Artikolu 268 2.

Artikolu 268 Definizzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 268 1.

Għall-fini ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“awtorita' kompetenti” tfisser awtorita’ amministrattiva jew ġudizzjarja tal-Istati Membri li hi kompetenti għall-finijiet ta’ miżuri ta’ rijorganizzazzjoni jew proċeduri ta’ stralċ;

(b) 

“fergħa” tfisser kull preżenza permanenti ta’ impriża tal-assigurazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha li twettaq attivitajiet tal-assigurazzjoni;

(ċ) 

“miżuri ta’ riorganizzazzjoni” tfisser kull intervent mill-awtoritajiet kompetenti maħsuba sabiex jippreservaw jew jirrestawraw is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża tal-assigurazzjoni u li jaffettwaw id-drittijiet preeżistenti ta’ partijiet għajr l-impriża tal-assigurazzjoni nnifisha, inklużi iżda mhux illimitati għall-miżuri li jinvolvu l-possibbiltà ta’ sospensjoni ta’ pagamenti, sospensjoni ta’ miżuri eżekuttivi jew ta’ tnaqqis fil-klejms;

(d) 

“proċeduri ta’ stralċ” tfisser il-proċeduri kollettivi li jinvolvu r-realizzazzjoni tal-attivi ta’ impriża tal-assigurazzjoni u d-distribuzzjoni tar-rikavat fost il-kredituri, azzjonisti jew membri kif xieraq, li neċessarjament jinvolvu intervent mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, inkluż fejn il-proċeduri kollettivi huma mitmuma b’kompożizzjoni jew miżura oħra analoga, kemm jekk huma bbażati fuq ►C4  l-insolvenza ◄ jew le jew huma volontarji jew obbligatorji;

(e) 

“amministratur” tfisser persuna jew korp appuntat mill-awtoritajiet kompetenti għall-fini tal-amministrazzjoni tal-miżuri ta’ riorganizzazzjoni;

(f) 

“stralċarju” tfisser kull persuna jew korp appuntat mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-korpi tat-tmexxija ta’ impriża tal-assigurazzjoni għall-fini tal-amministrazzjoni tal-proċeduri tal-istralċ;

(g) 

“klejm lill-assigurazzjoni” tfisser ammont li huwa dovut minn impriza tal-assigurazzjoni lill-persuni assigurati, titolari tal-polza, benefiċjarji jew lil kull parti li sofriet dannu li jkollhom dritt dirett ta’ azzjoni kontra l-impriża tal-assigurazzjoni u li toħroġ mill-kuntratt tal-assigurazzjoni jew minn kull operazzjoni pprovduta fil-punti (b) u (c) fl-Artikolu 2(3) fin-negozju tal-assigurazzjoni diretta, inkluż ammont mwarrab għal dawk il-persuni, meta xi elementi tad-dejn għadhom mhumiex magħrufin.

Il-premium dovut minn impriża tal-assigurazzjoni bħala riżultat tan-nuqqas tal-konklużjoni jew tar-rexissjoni ta’ kuntratt u operazzjoni tal-assigurazzjoni, imsemmija fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu skont il-liġi applikabbli għal dawn il-kuntratti jew operazzjonijiet qabel il-bidu tal-proċeduri tal-istralċ għandu jkun kkunsidrat wkoll bħala klejms tal-assigurazzjoni.

Artikolu 268 2.

Għall-fini tal-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu għall-miżuri ta’ riorganizzazzjoni u proċeduri tal-istralċ dwar fergħa li tinsab fi Stat Membru ta’ impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

(a) 

“Stat Membru ta’ domiċilju” tfisser Stat Membru fejn il-fergħa ngħatat awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 145 sa 149;

(b) 

“awtoritajiet superviżorji” tfisser dawk l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju;

(ċ) 

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ta’ domiċilju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.