|
+Artikolu 268 1. |
Artikolu 268 1.Għall-fini ta’ dan it-Titolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“awtorita' kompetenti” tfisser awtorita’ amministrattiva jew ġudizzjarja tal-Istati Membri li hi kompetenti għall-finijiet ta’ miżuri ta’ rijorganizzazzjoni jew proċeduri ta’ stralċ;
(b)
“fergħa” tfisser kull preżenza permanenti ta’ impriża tal-assigurazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha li twettaq attivitajiet tal-assigurazzjoni;
(ċ)
“miżuri ta’ riorganizzazzjoni” tfisser kull intervent mill-awtoritajiet kompetenti maħsuba sabiex jippreservaw jew jirrestawraw is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża tal-assigurazzjoni u li jaffettwaw id-drittijiet preeżistenti ta’ partijiet għajr l-impriża tal-assigurazzjoni nnifisha, inklużi iżda mhux illimitati għall-miżuri li jinvolvu l-possibbiltà ta’ sospensjoni ta’ pagamenti, sospensjoni ta’ miżuri eżekuttivi jew ta’ tnaqqis fil-klejms;
(d)
“proċeduri ta’ stralċ” tfisser il-proċeduri kollettivi li jinvolvu r-realizzazzjoni tal-attivi ta’ impriża tal-assigurazzjoni u d-distribuzzjoni tar-rikavat fost il-kredituri, azzjonisti jew membri kif xieraq, li neċessarjament jinvolvu intervent mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru, inkluż fejn il-proċeduri kollettivi huma mitmuma b’kompożizzjoni jew miżura oħra analoga, kemm jekk huma bbażati fuq ►C4 l-insolvenza ◄ jew le jew huma volontarji jew obbligatorji;
(e)
“amministratur” tfisser persuna jew korp appuntat mill-awtoritajiet kompetenti għall-fini tal-amministrazzjoni tal-miżuri ta’ riorganizzazzjoni;
(f)
“stralċarju” tfisser kull persuna jew korp appuntat mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-korpi tat-tmexxija ta’ impriża tal-assigurazzjoni għall-fini tal-amministrazzjoni tal-proċeduri tal-istralċ;
(g)
“klejm lill-assigurazzjoni” tfisser ammont li huwa dovut minn impriza tal-assigurazzjoni lill-persuni assigurati, titolari tal-polza, benefiċjarji jew lil kull parti li sofriet dannu li jkollhom dritt dirett ta’ azzjoni kontra l-impriża tal-assigurazzjoni u li toħroġ mill-kuntratt tal-assigurazzjoni jew minn kull operazzjoni pprovduta fil-punti (b) u (c) fl-Artikolu 2(3) fin-negozju tal-assigurazzjoni diretta, inkluż ammont mwarrab għal dawk il-persuni, meta xi elementi tad-dejn għadhom mhumiex magħrufin. Il-premium dovut minn impriża tal-assigurazzjoni bħala riżultat tan-nuqqas tal-konklużjoni jew tar-rexissjoni ta’ kuntratt u operazzjoni tal-assigurazzjoni, imsemmija fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu skont il-liġi applikabbli għal dawn il-kuntratti jew operazzjonijiet qabel il-bidu tal-proċeduri tal-istralċ għandu jkun kkunsidrat wkoll bħala klejms tal-assigurazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|