Ladarba l-proċeduri għall-istralċ ikunu ġew istitwiti, il-kompożizzjoni tal-attivi mdaħħla fir-reġistru skont il-paragrafi 1 sa 5, ma għandhiex tinbidel u l-ebda bidla jekk mhux it-tiswija ta’ żbalji purament klerikali m’għandha ssir fir-reġistri, ħlief bl-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti.
Madanakollu, l-istralċarji għandhom iżidu ma’ dawk l-attivi d-dħul minnhom u l-valur ta’ premiums puri riċevuti fir-rigward tal-klassi tan-negozju kkonċernat bejn il-bidu tal-proċeduri tal-istralċ u ż-żmien tal-ħlas tal-klejms tal-assigurazzjoni jew sakemm isir it-trasferiment tal-portafoll.