|
+Artikolu 308b 12. |
Artikolu 308b 12.Minkejja l-Artikolu 100, l-Artikolu 101(3) u l-Artikolu 104, għandu japplika dan li ġej:
(a)
sal-31 ta' Diċembru 2017 il-parametri standard li għandhom jintużaw meta jiġu kkalkolati s-submodulu tar-riskju ta' konċentrazzjoni u s-submodulu tar-riskju ta' firxa f'konformità mal-formula standard għandhom ikunu l-istess fir-rigward tal-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali jew il-banek ċentrali tal-Istati Membri denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru bħal dawk li jkunu applikati għal tali skoperturi denominati u ffinanzjati fil-munita domestika tagħhom;
(b)
fl-2018 il-parametri standard li għandhom jintużaw meta jiġu kkalkolati s-submodulu tar-riskju ta' konċentrazzjoni u s-submodulu tar-riskju ta' firxa f'konformità mal-formula standard għandhom jitnaqqsu bi 80 % fir-rigward ta' skoperturi għall-gvernijiet ċentrali jew il-banek ċentrali tal-Istati Membri denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor;
(c)
fl-2019 il-parametri standard li għandhom jintużaw meta jiġu kkalkolati s-submodulu tar-riskju ta' konċentrazzjoni u s-submodulu tar-riskju ta' firxa f'konformità mal-formula standard għandhom jitnaqqsu b'50 % fir-rigward ta' skoperturi għall-gvernijiet ċentrali jew il-banek ċentrali tal-Istati Membri denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor;
(d)
sal-1 ta' Jannar 2020 l-parametri standard li għandhom jintużaw meta jiġu kkalkolati s-submodulu tar-riskju ta' konċentrazzjoni u s-submodulu tar-riskju ta' firxa f'konformità mal-formula standard m'għandhomx jitnaqqsu fir-rigward ta' skoperturi għall-gvernijiet ċentrali jew il-banek ċentrali tal-Istati Membri denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|