+Artikolu 308b Miżuri tranżitorji
---+Artikolu 308b 1.
---+Artikolu 308b 2.
---+Artikolu 308b 3.
---+Artikolu 308b 4.
---+Artikolu 308b 5.
---+Artikolu 308b 6.
---+Artikolu 308b 7.
---+Artikolu 308b 8.
---+Artikolu 308b 9.
---+Artikolu 308b 10.
---+Artikolu 308b 12.
---+Artikolu 308b 13.
---+Artikolu 308b 14.
---+Artikolu 308b 15.
---+Artikolu 308b 16.
---+Artikolu 308b 17.
|
Artikolu 308b Miżuri tranżitorji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 308b 1.
|
Bla ħsara għall-Artikolu 12, l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li, sal-1 ta' Jannar 2016, ma jibqgħux jagħmlu kuntratti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u jamministraw esklużivament il-portafoll eżistenti tagħhom sabiex jitterminaw l-attività tagħhom m'għandhomx ikunu soġġetti għat-Titoli I, II u III ta' din id-Direttiva sad-dati stabbiliti fil-paragrafu 2 meta jew:
(a)
l-impriża tkun issodisfat lill-awtorità superviżorja li se tittermina l-attività tagħha qabel l-1 ta' Jannar 2019; jew
(b)
l-impriża tkun soġġetta għal miżuri ta' riorganizzazzjoni stabbiliti fit-Titolu IV, Kapitolu II u jkun inħatar amministratur.
|
|
Artikolu 308b 2.
|
L-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jaqgħu taħt:
(a)
il-paragrafu 1(a) għandhom ikunu soġġetti għat-Titoli I, II u III ta' din id-Direttiva mill-1 ta' Jannar 2019 jew minn data aktar bikrija meta l-awtorità superviżorja ma tkunx sodisfatta bil-progress li jkun sar lejn it-terminazzjoni tal-attività tal-impriża;
(b)
il-paragrafu 1(b) għandhom ikunu soġġetti għat-Titoli I, II u III ta' din id-Direttiva mill-1 ta' Jannar 2021 jew minn data aktar bikrija meta l-awtorità superviżorja ma tkunx sodisfatta bil-progress li jkun sar lejn it-terminazzjoni tal-attività tal-impriża.
|
|
Artikolu 308b 3.
|
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri tranżitorji fil-paragrafi 1 u 2 biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-impriża ma tkunx parti minn grupp, jew jekk tkun, l-impriżi kollha li jkunu parti mill-grupp ma jibqgħux jagħmlu kuntratti ġodda tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;
(b)
l-impriża għandha tipprovdi lill-awtorità superviżorja tagħha b'rapport annwali li jistabbilixxi x'progress ikun sar fit-terminazzjoni tal-attività tagħha;
(c)
l-impriża tkun innotifikat lill-awtorità superviżorja tagħha li tapplika l-miżuri tranżitorji.
Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhom iwaqqfu lil ebda impriża milli topera f'konformità mat-Titoli I, II u III ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 308b 4.
|
L-Istati Membri għandhom ifasslu lista tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni konċernati u jittrażmettu dik il-lista lill-Istati Membri l-oħrajn kollha.
|
|
Artikolu 308b 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal perjodu ta' mhux aktar minn erba' snin mill-1 ta' Jannar 2016, l-iskadenza għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biex jissottomettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 35(1) sa (4) fuq bażi annwali jew anqas frekwenti għandha tonqos b'ġimagħtejn kull sena finanzjarja, u dan għandu jibda mhux aktar tard minn 20 ġimgħa wara t-tmiem tas-sena finanzjarja tal-impriża fir-rigward tas-sena finanzjarja tagħha li tintemm fit-30 ta' Ġunju 2016 jew wara din id-data iżda qabel l-1 ta' Jannar 2017, sa mhux aktar tard min 14-il ġimgħa wara t-tmiem tas-sena finanzjarja tal-impriża fir-rigward tas-sena finanzjarja tagħha li tintemm fit-30 ta' Ġunju 2019 jew wara din id-data iżda qabel l-1 ta' Jannar 2020.
|
|
Artikolu 308b 6.
|
Għal perjodu ta' mhux aktar minn erba' snin mill-1 ta' Jannar 2016, l-iskadenza għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biex jiżvelaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 51 għandha tonqos b'ġimagħtejn kull sena finanzjarja, u dan għandu jibda mhux aktar tard minn 20 ġimgħa wara t-tmiem tas-sena finanzjarja tal-impriża fir-rigward tas-sena finanzjarja tagħha li tintemm fit-30 ta' Ġunju 2016 jew wara din id-data iżda qabel l-1 ta' Jannar 2017, sa mhux aktar tard min 14-il ġimgħa wara t-tmiem tas-sena finanzjarja tal-impriża fir-rigward tas-sena finanzjarja tagħha li tintemm fit-30 ta' Ġunju 2019 jew wara din id-data iżda qabel l-1 ta' Jannar 2020.
|
|
Artikolu 308b 7.
|
Għal perjodu ta' mhux iktar minn erba' snin mill-1 ta' Jannar 2016, l-iskadenza għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni biex jissottomettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 35(1) sa (4) fuq bażi trimestrali għandha tonqos b'ġimgħa kull sena finanzjarja, u dan għandu jibda mhux aktar tard minn tmien ġimgħat fir-rigward ta' kwalunkwe trimestru li jintemm fl-1 ta' Jannar 2016 jew wara din id-data iżda qabel l-1 ta' Jannar 2017, sa ħames ġimgħat fir-rigward ta' kwalunkwe trimestru li jintemm fl-1 ta' Jannar 2019 jew wara din id-data iżda qabel l-1 ta' Jannar 2020.
|
|
Artikolu 308b 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-paragrafi 5, 6 u 7 ta' dan l-Artikolu japplikaw mutatis mutandis għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni parteċipanti, għall-kumpaniji b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni u għall-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta fil-livell tal-grupp skont l-Artikoli 254 u 256, filwaqt li l-iskadenzi msemmija fil-paragrafi 5, 6 u 7 għandhom jiġu estiżi b'sitt ġimgħat rispettivament.
|
|
Artikolu 308b 9.
|
Minkejja l-Artikolu 94, l-entrati ta' fondi proprji bażiċi li għandhom jiġu inklużi f' fondi proprji bażiċi Grad 1 għal sa għaxar snin wara l-1 ta' Jannar 2016, kemm-il darba dawk l-entrati:
(a)
inħarġu qabel l-1 ta' Jannar 2016 jew qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 97, skont liema tiġi l-ewwel;
(b)
fil-31 ta' Diċembru 2015 jistgħu jintużaw biex jintlaħaq il-marġni ta' solvenza disponibbli sa 50 % tal-marġni ta' solvenza skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li huma adottati skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/13/KE, l-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2002/83/KE u l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2005/68/KE;
(c)
altrimenti ma jkunux ikklassifikati fil-Grad 1 jew fil-Grad 2 f'konformità mal-Artikolu 94;
|
|
Artikolu 308b 10.
|
Minkejja l-Artikolu 94, l-entrati ta' fondi proprji bażiċi li għandhom jiġu inklużi fil-fondi proprji bażiċi Grad 2 għal sa 10 snin wara l-1 ta' Jannar 2016, kemm-il darba dawk l-entrati:
(a)
inħarġu qabel l-1 ta' Jannar 2016 jew qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 97, skont liema tiġi l-ewwel;
(b)
fil-31 ta' Diċembru 2015 jistgħu jintużaw biex jintlaħaq il-marġni ta' solvenza disponibbli sa 25 % tal-marġni ta' solvenza skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li huma adottati skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/13/KE, l-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2002/83/KE u l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2005/68/KE.
|
|
Artikolu 308b 12.
|
Minkejja l-Artikolu 100, l-Artikolu 101(3) u l-Artikolu 104, għandu japplika dan li ġej:
(a)
sal-31 ta' Diċembru 2017 il-parametri standard li għandhom jintużaw meta jiġu kkalkolati s-submodulu tar-riskju ta' konċentrazzjoni u s-submodulu tar-riskju ta' firxa f'konformità mal-formula standard għandhom ikunu l-istess fir-rigward tal-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali jew il-banek ċentrali tal-Istati Membri denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru bħal dawk li jkunu applikati għal tali skoperturi denominati u ffinanzjati fil-munita domestika tagħhom;
(b)
fl-2018 il-parametri standard li għandhom jintużaw meta jiġu kkalkolati s-submodulu tar-riskju ta' konċentrazzjoni u s-submodulu tar-riskju ta' firxa f'konformità mal-formula standard għandhom jitnaqqsu bi 80 % fir-rigward ta' skoperturi għall-gvernijiet ċentrali jew il-banek ċentrali tal-Istati Membri denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor;
(c)
fl-2019 il-parametri standard li għandhom jintużaw meta jiġu kkalkolati s-submodulu tar-riskju ta' konċentrazzjoni u s-submodulu tar-riskju ta' firxa f'konformità mal-formula standard għandhom jitnaqqsu b'50 % fir-rigward ta' skoperturi għall-gvernijiet ċentrali jew il-banek ċentrali tal-Istati Membri denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor;
(d)
sal-1 ta' Jannar 2020 l-parametri standard li għandhom jintużaw meta jiġu kkalkolati s-submodulu tar-riskju ta' konċentrazzjoni u s-submodulu tar-riskju ta' firxa f'konformità mal-formula standard m'għandhomx jitnaqqsu fir-rigward ta' skoperturi għall-gvernijiet ċentrali jew il-banek ċentrali tal-Istati Membri denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor.
|
|
Artikolu 308b 13.
|
Minkejja l-Artikolu 100, l-Artikolu 101(3) u l-Artikolu 104, il-parametri standard li għandhom jintużaw għall-ekwitajiet li l-impriża xtrat fl-1 ta' Jannar 2016 jew qabel, meta jiġi kkalkolat is-submodulu ta' riskju tal-ekwitajiet f'konformità mal-formula standard mingħajr l-għażla stabbilita fl-Artikolu 304, għandhom jiġu kkalkolati bħala l-medji ponderati ta':
(a)
il-parametru standard li għandu jintuża meta jiġi kkalkolat is-submodulu ta' riskju tal-ekwitajiet f'konformità mal-Artikolu 304; u
(b)
il-parametru standard li għandu jintuża meta jiġi kkalkolat is-submodulu ta' riskju tal-ekwitajiet f'konformità mal-formula standard mingħajr l-għażla stabbilita fl-Artikolu 304.
Il-piż għall-parametru espress fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jiżdied tal-anqas b'mod lineari fi tmiem kull sena minn 0 % matul is-sena li tibda fl-1 ta' Jannar 2016 għal 100 % sal-1 ta' Jannar 2023. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw aktar il-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati, inklużi l-ekwitajiet li jistgħu jkunu soġġetti għall-perjodu tranżitorju. Sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta' applikazzjoni uniformi ta' dak il-perjodu tranżitorju, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu. L-AEAPX għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2015. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fir-raba' subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
|
Artikolu 308b 14.
|
Minkejja l-Artikolu 138(3) u bla ħsara għall-paragrafu 4 ta' dak l-Artikolu, meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jikkonformaw mal-Marġni Meħtieġ ta' Solvenza msemmi fl-Artikolu 16a tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/83/KE jew l-Artikoli 37, 38 jew 39 tad-Direttiva 2005/68/KE rispettivament kif applikabbli fil-liġi tal-Istat Membru fil-jum qabel ma dawk id-Direttivi jiġu mħassra skont l-Artikolu 310 ta' din id-Direttiva iżda ma jikkonformawx mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fl-ewwel sena ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-awtorità superviżorja għandha teżiġi li l-impriża konċernata tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikseb l-istabbiliment tal-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew it-tnaqqis tal-profil tar-riskju tagħha biex tkun żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza sal-31 ta' Diċembru 2017. Kull tliet xhur, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata għandha tissottometti rapport ta' progress lill-awtorità superviżorja tagħha li fih tispjega l-miżuri li jkunu ttieħdu u l-progress li jkun sar biex jerġa' jiġi stabbilit il-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew biex jitnaqqas il-profil tar-riskju biex tiġi żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza. L-estensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi rtirata meta dak ir-rapport ta' progress juri li ma kien hemm l-ebda progress sinifikanti biex jinkiseb ir-ristabbiliment tal-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew it-tnaqqis tal-profil tar-riskju biex tiġi żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza bejn id-data tal-osservazzjoni tan-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u d-data tal-preżentazzjoni tar-rapport ta' progress.
|
|
Artikolu 308b 15.
|
Fejn, mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri tad-domiċilju applikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/2341, dawk l-Istati Membri tad-domiċilju jistgħu jkomplu japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu ġew adottati minnhom, bil-ħsieb li jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 19, l-Artikoli 27 sa 30, l-Artikoli 32 sa 35 u l-Artikoli 37 sa 67 tad-Direttiva 2002/83/KE hekk kif tkun fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2015, għal perjodu tranżitorju li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2022. Fejn Stat Membru tad-domiċilju jkompli japplika dawn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi, l-impriżi ta' assigurazzjoni f'dak l-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali tas-solvenza tagħhom bħala s-somma ta' dan li ġej:
(a)
rekwiżit kapitali tas-solvenza nozzjonali fir-rigward tal-attività tagħhom fil-qasam tal-assigurazzjoni, ikkalkolat mingħajr in-negozju ta' provvista ta' rtirar okkupazzjonali, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/2341,
(b)
il-marġini ta' solvenza fir-rigward tan-negozju ta' provvista ta' rtirar okkupazzjonali, ikkalkolat skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu ġew adottati biex ikun hemm konformità mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/83/KE.
Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandux jiġi estiż, filwaqt li tikkunsidra l-bidliet fil-liġi tal-Unjoni jew f'dik nazzjonali li jirriżultaw minn din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 308b 16.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriża prinċipali aħħarija tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, matul perjodu sal-31 ta' Marzu 2022, tapplika għall-approvazjoni ta' mudell intern tal-grupp applikabbli għal parti ta' grupp meta kemm l-impriża kif ukoll l-impriża prinċipali aħħarija jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru u jekk din il-parti tkun parti distinta li jkollha profil tar-riskju differenti b'mod sinifikanti mill-bqija tal-grupp.
|
|
Artikolu 308b 17.
|
Minkejja l-Artikolu 218(2) u (3), id-dispożizzjonijiet tranżitorji kif imsemmija fil-paragrafi 8 sa 12 u 15 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikoli 308c, 308d u 308e għandhom japplikaw mutatis mutandis fil-livell tal-grupp. Minkejja l-Artikolu 218(2), (3) u (4), id-dispożizzjonijiet tranżitorji kif imsemmija fil-paragrafu 14 ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis fil-livell tal-grupp u meta l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipatorji jew l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp jikkonformaw mar-Rekwiżit Aġġustat ta' Solvenza msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/78/KE iżda ma jikkonformawx mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 301a li jistabbilixxu l-bidliet fis-solvenza tal-grupp meta d-dispożizzjonijiet tranżitorji msemmija fil-paragrafu 13 ta' dan l-Artikolu ikunu japplikaw u li jirrigwardaw:
(a)
l-eliminazzjoni ta' użu doppju tal-fondi proprji eliġibbli u tal-ħolqien intragrupp ta' kapital stabbiliti fl-Artikoli 222 u 223;
(b)
il-valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet stabbilita fl-Artikolu 224;
(c)
l-applikazzjoni tal-metodi ta' kalkolu marbuta mal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 225;
(d)
l-applikazzjoni tal-metodi ta' kalkolu marbuta mal-kumpaniji b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni intermedji stabbiliti fl-Artikolu 226;
(e)
il-metodi għall-kalkolu tas-solvenza tal-grupp stabbiliti fl-Artikoli 230 u 233;
(f)
il-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp stabbilit fl-Artikolu 231;
(g)
l-istabbiliment ta' supplimentazzjoni kapitali stabbilita fl-Artikolu 232;
(h)
il-prinċipji fil-kalkolu tas-solvenza tal-grupp ta' kumpanija b'parteċipazzjoni tal-assigurazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 235.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|