|
+Artikolu 308b 15. |
Artikolu 308b 15.Fejn, mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri tad-domiċilju applikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/2341, dawk l-Istati Membri tad-domiċilju jistgħu jkomplu japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu ġew adottati minnhom, bil-ħsieb li jikkonformaw mal-Artikoli 1 sa 19, l-Artikoli 27 sa 30, l-Artikoli 32 sa 35 u l-Artikoli 37 sa 67 tad-Direttiva 2002/83/KE hekk kif tkun fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2015, għal perjodu tranżitorju li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2022. Fejn Stat Membru tad-domiċilju jkompli japplika dawn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi, l-impriżi ta' assigurazzjoni f'dak l-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżit kapitali tas-solvenza tagħhom bħala s-somma ta' dan li ġej:
(a)
rekwiżit kapitali tas-solvenza nozzjonali fir-rigward tal-attività tagħhom fil-qasam tal-assigurazzjoni, ikkalkolat mingħajr in-negozju ta' provvista ta' rtirar okkupazzjonali, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2016/2341,
(b)
il-marġini ta' solvenza fir-rigward tan-negozju ta' provvista ta' rtirar okkupazzjonali, ikkalkolat skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu ġew adottati biex ikun hemm konformità mal-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/83/KE. Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandux jiġi estiż, filwaqt li tikkunsidra l-bidliet fil-liġi tal-Unjoni jew f'dik nazzjonali li jirriżultaw minn din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|