|
+Artikolu 308c 2. |
Artikolu 308c 2.Għal kull munita l-aġġustament għandu jkun ikkalkolat bħala parti mid-differenza bejn:
(a)
ir-rata tal-imgħax kif determinata mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li huma adottati skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/83/KE fl-aħħar data tal-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva;
(b)
ir-rata effettiva annwali, ikkalkolata bħala r-rata ta' skont unika li, meta applikata għall-flussi ta' flus tal-portafoll ta' obbligi ammissibbli tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, twassal għal valur li jkun ugwali għall-valur tal-aħjar stima tal-portafoll tal-obbligi ammissibbli tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni meta l-valur taż-żmien tal-flus jiġi kkunsidrat bl-użu tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti msemmija fl-Artikolu 77(2). Meta l-Istati Membri jkunu adottaw liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi skont l-Artikolu 20(1)B(a)(ii) tad-Direttiva 2002/83/KE, ir-rata tal-imgħax imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tiġi determinata bl-użu tal-metodi użati mill-impriża tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fl-aħħar data tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/83/KE. Il-parti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tonqos linearment fl-aħħar ta' kull sena minn 100 % matul is-sena li tibda mill-1 ta' Jannar 2016 sa 0 % fl-1 ta' Jannar 2032. Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d, l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti msemmija fil-punt (b) għandha tkun aġġustata għall-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti stabbilita fl-Artikolu 77d. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|