+Artikolu 308c Miżura tranżitorja dwar ir-rati tal-imgħax mingħajr riskju
---+Artikolu 308c 1.
---+Artikolu 308c 2.
---+Artikolu 308c 3.
---+Artikolu 308c 4.
|
Artikolu 308c Miżura tranżitorja dwar ir-rati tal-imgħax mingħajr riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 308c 1.
|
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu, jekk dan jiġi approvat mill-awtorità superviżorja tagħhom, japplikaw aġġustament tranżitorju għall-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti fir-rigward tal-obbligi ammissibbli tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.
|
|
Artikolu 308c 2.
|
Għal kull munita l-aġġustament għandu jkun ikkalkolat bħala parti mid-differenza bejn:
(a)
ir-rata tal-imgħax kif determinata mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li huma adottati skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/83/KE fl-aħħar data tal-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva;
(b)
ir-rata effettiva annwali, ikkalkolata bħala r-rata ta' skont unika li, meta applikata għall-flussi ta' flus tal-portafoll ta' obbligi ammissibbli tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, twassal għal valur li jkun ugwali għall-valur tal-aħjar stima tal-portafoll tal-obbligi ammissibbli tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni meta l-valur taż-żmien tal-flus jiġi kkunsidrat bl-użu tal-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti msemmija fl-Artikolu 77(2).
Meta l-Istati Membri jkunu adottaw liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi skont l-Artikolu 20(1)B(a)(ii) tad-Direttiva 2002/83/KE, ir-rata tal-imgħax imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandha tiġi determinata bl-użu tal-metodi użati mill-impriża tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fl-aħħar data tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/83/KE. Il-parti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tonqos linearment fl-aħħar ta' kull sena minn 100 % matul is-sena li tibda mill-1 ta' Jannar 2016 sa 0 % fl-1 ta' Jannar 2032. Meta l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni japplikaw l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d, l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti msemmija fil-punt (b) għandha tkun aġġustata għall-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti stabbilita fl-Artikolu 77d.
|
|
Artikolu 308c 3.
|
L-obbligi ammissibbli tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jinkludu biss obbligi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
il-kuntratti li jwasslu għall-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ġew konklużi qabel l-ewwel data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, ħlief it-tiġdid ta' kuntratti f'dik id-data jew warajha;
(b)
sal-aħħar data ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/83/KE, dispożizzjonijiet tekniċi għall-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kienu determinati f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li huma adottati skont l-Artikolu 20 ta' dik id-Direttiva 2002/83/KE fl-aħħar data ta' applikazzjoni tagħha;
(c)
l-Artikolu 77b mhuwiex applikat għall-obbligi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.
|
|
Artikolu 308c 4.
|
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li japplikaw il-paragrafu 1:
(a)
m'għandhomx jinkludux l-obbligi ammissibbli tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-kalkolu tal-aġġustament għall-volatilità stabbilit fl-Artikolu 77d;
(b)
m'għandhomx japplikaw l-Artikolu 308d;
(c)
bħala parti mir-rapport tagħhom dwar is-solvenza u s-sitwazzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 51, għandhom jiżvelaw pubblikament li japplikaw l-istruttura tat-terminu tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju rilevanti, u l-kwantifikazzjoni tal-impatt tan-nonapplikazzjoni ta' din il-miżura tranżitorja fuq il-qagħda finanzjarja tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|