|
+Artikolu 308d 2. |
Artikolu 308d 2.It-tnaqqis tranżitorju għandu jikkorrispondi għal parti mid-differenza bejn iż-żewġ ammonti li ġejjin:
(a)
id-dispożizzjonijiet tekniċi wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u entitajiet bi skop speċjali, ikkalkolati f'konformità mal-Artikolu 76 fl-ewwel data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;
(b)
id-dispożizzjonijiet tekniċi wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni kkalkolati f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu adottati skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 73/239/KE, l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/83/KE u l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2005/68/KE fil-jum qabel dawk id-Direttivi jitħassru skont l-Artikolu 310 ta' din id-Direttiva. Il-parti massima li tista' titnaqqas għandha tonqos linearment fl-aħħar ta' kull sena minn 100 % matul is-sena li tibda mill-1 ta' Jannar 2016 għal 0 % fl-1 ta' Jannar 2032. Meta impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni japplikaw, fl-ewwel data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d, l-ammont imsemmi fil-punt (a) għandu jiġi kkalkolat bl-aġġustament għall-volatilità f'dik id-data. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|