+Artikolu 308d Miżura tranżitorja dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi
---+Artikolu 308d 1.
---+Artikolu 308d 2.
---+Artikolu 308d 3.
---+Artikolu 308d 4.
---+Artikolu 308d 5.
|
Artikolu 308d Miżura tranżitorja dwar id-dispożizzjonijiet tekniċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 308d 1.
|
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu, jekk dan ikun approvat mill-awtorità superviżorja tagħhom, japplikaw tnaqqis tranżitorju għad-dispożizzjonijiet tekniċi. Dak it-tnaqqis jista' jiġi applikat fil-livell tal-gruppi ta' riskju omoġenji msemmija fl-Artikolu 80.
|
|
Artikolu 308d 2.
|
It-tnaqqis tranżitorju għandu jikkorrispondi għal parti mid-differenza bejn iż-żewġ ammonti li ġejjin:
(a)
id-dispożizzjonijiet tekniċi wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli minn kuntratti tar-riassigurazzjoni u entitajiet bi skop speċjali, ikkalkolati f'konformità mal-Artikolu 76 fl-ewwel data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;
(b)
id-dispożizzjonijiet tekniċi wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli mill-kuntratti tar-riassigurazzjoni kkalkolati f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu adottati skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 73/239/KE, l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/83/KE u l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2005/68/KE fil-jum qabel dawk id-Direttivi jitħassru skont l-Artikolu 310 ta' din id-Direttiva.
Il-parti massima li tista' titnaqqas għandha tonqos linearment fl-aħħar ta' kull sena minn 100 % matul is-sena li tibda mill-1 ta' Jannar 2016 għal 0 % fl-1 ta' Jannar 2032. Meta impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni japplikaw, fl-ewwel data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, l-aġġustament għall-volatilità msemmi fl-Artikolu 77d, l-ammont imsemmi fil-punt (a) għandu jiġi kkalkolat bl-aġġustament għall-volatilità f'dik id-data.
|
|
Artikolu 308d 3.
|
Soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità superviżorja jew fuq inizjattiva tagħha, l-ammonti tad-dispożizzjonijiet tekniċi inklużi, meta applikabbli, l-ammont tal-aġġustament għall-volatilità, użat biex jiġi kkalkolat it-tnaqqis tranżitorju msemmi fil-paragrafu 2(a) u (b) jista' jerġa' jiġi kkalkolat kull 24 xahar, jew aktar frekwentement meta l-profil tar-riskju tal-impriża jkun inbidel materjalment.
|
|
Artikolu 308d 4.
|
It-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 2 jista' jkun limitat mill-awtorità superviżorja jekk l-applikazjzoni tiegħu jista' jirriżulta fi tnaqqis tar-rekwiżiti tar-riżorsi finanzjarji li japplikaw għall-impriża meta mqabbla ma' dawk ikkalkolati f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li huma adottati skont id-Direttiva 73/239/KEE, id-Direttiva 2002/83/KE u d-Direttiva 2005/68/KE fil-jum qabel dawk id-Direttivi jitħassru skont l-Artikolu 310 ta' din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 308d 5.
|
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li japplikaw il-paragrafu 1:
(a)
m'għandhomx japplikaw l-Artikolu 308c;
(b)
meta ma jikkonformawx mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza mingħajr applikazzjoni tat-tnaqqis tranżitorju, għandhom jissottomettu annwalment rapport lill-awtorità superviżorja tagħhom li jispjega l-miżuri meħuda u li progress li sar biex fi tmiem il-perjodu tranżitorju stabbilit fil-paragrafu 2 jiġi ristabbilit livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew biex jitnaqqas il-profil tar-riskju tagħhom biex jerġa' jkun hemm konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;
(c)
bħala parti mir-rapport tagħhom dwar is-solvenza u s-sitwazzjoni finanzjarja msemmi fl-Artikolu 51, għandhom jiżvelaw pubblikament li japplikaw it-tnaqqis tranżitorju għad-dispożizzjonijiet tekniċi, u l-kwantifikazzjoni tal-impatt tan-nonapplikazzjoni ta' dak it-tnaqqis tranżitorju fuq il-qagħda finanzjarja tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|