|
+ANNESS I KLASSIJIET TA’ ASSIKURAZZJONI MHUX TAL-ĦAJJA |
ANNESS I KLASSIJIET TA’ ASSIKURAZZJONI MHUX TAL-ĦAJJA
ANNESS I KLASSIJIET TA’ ASSIKURAZZJONI MHUX TAL-ĦAJJA A. Klassifikazzjoni tar-riskji skont il-klassijiet tal-assikurazzjoni 1. Inċidenti (inklużi korriment industrijali u mard tax-xogħol):
—
benefiċċji fissi fi flus;
—
benefiċċji ta’ natura ta’ indennità;
—
kombinazzjoni tat-tnejn;
—
korriment tal-passiġġieri.
2. Mard:
—
benefiċċji fissi fi flus;
—
benefiċċji ta’ natura ta’ indennità;
—
kombinazzjoni tat-tnejn.
3. Vetturi tal-art (apparti minn ħażna fuq vaguni tal-ferrovija) Il-ħsarat kollha jew it-telf ta’:
—
vetturi tal-art bil-mutur;
—
vetturi tal-art apparti minn vetturi bil-mutur.
4. Materjal mobbli ferrovjarju (rolling stock) Il-ħsarat kollha jew it-telf ta’ materjal mobbli ferrovjarju. 5. Inġenji tal-ajru Il-ħsarat kollha jew it-telf tal-inġenji tal-ajru. 6. Vapuri (bastimenti tal-baħar, tal-lagi, tax-xmajjar u tal-kanali) Il-ħsarat kollha jew it-telf ta’:
—
bastimenti tax-xmajjar u tal-kanali;
—
bastimenti tal-lagi;
—
bastimenti tal-baħar.
7. Oġġetti fi tranżitu (inkluża merkanzija, bagalji, u l-merkanzija l-oħra kollha) Il-ħsara kollha lil jew it-telf tal-merkanzija fi tranżitu jew bagalji, irrespettivament mill-forma tat-trasport. 8. Nar u forzi naturali Il-ħsarat kollha lil u telf ta’ proprjetà (apparti minn proprjetà inkluża fil-klassijiet 3, 4, 5, 6 u 7) minħabba:
—
nar;
—
splużjoni;
—
maltempata;
—
forzi naturali apparti minn maltempata;
—
enerġija nukleari;
—
kollass tal-art;
9. Ħsara oħra lill-proprjetà Il-ħsarat kollha lil jew it-telf ta’ proprjetà (apparti minn proprjetà inkluża fil-klassijiet 3, 4, 5, 6 u 7) minħabba silġ jew ġlata, u fi kwalunkwe każ bħas-serq, apparti minn dawk inklużi fil-klassi 8. 10. Ir-responsabbiltà għal vetturi bil-mutur Kull responsabbiltà kkawżata mill-użu ta’ vetturi bil-mutur li joperaw fuq l-art (inkluża ir-responsabbiltà tat-trasportatur). 11. Ir-responsabbiltà għal inġenji tal-ajru Ir-responsabbiltà kollha kkawżata mill-użu ta’ inġenji tal-ajru (inkluża ir-responsabbiltà tat-trasportatur). 12. Ir-responsabbiltà għall-vapuri (bastimenti tal-baħar, tal-lagi u tax-xmajjar u tal-kanali) Ir-responsabbiltà kollha kkawżata mill-użu ta’ vapuri, bastimenti jew dgħajjes fuq il-baħar, il-lagi, ix-xmajjar jew il-kanali (inklużi r-responsabbiltà tat-trasportatur). 13. Ir-responsabbiltà ġenerali Ir-responsabbiltà kollha apparti minn dawk il-forom imsemmija fil-klassijiet 10, 11 u 12. 14. Il-kreditu:
—
►C4
insolvenza ◄ (ġenerali);
—
kreditu tal-esportazzjoni;
—
krediti ta’ ħlas bin-nifs;
—
ipoteki;
—
kreditu agrikolu.
15. Sigurtà:
—
sigurtà (diretta);
—
sigurtà (indiretta).
16. Telf finanzjarju mixxellanju:
—
riskji tal-impjieg;
—
insuffiċjenza tad-dħul (ġenerali);
—
maltemp;
—
telf ta’ benefiċċji;
—
spejjeż ġenerali kontinwi;
—
spejjeż tan-negozju mhux previsti;
—
telf tal-valur tas-suq;
—
telf ta’ kera jew introjtu;
—
telf indirett tan-negozju ieħor;
—
telf finanzjarju mhux tan-negozju ieħor;
—
forom oħra ta’ telf finanzjarju.
17. Spejjeż legali Spejjeż legali u spejjeż ta’ litigazzjoni. 18. Assistenza L-assistenza għal persuni li jsibu rwieħhom f’diffikultà waqt li jkunu qed jivvjaġġaw, waqt li jkunu ‘il bogħod mid-dar tagħhom jew mir-residenza permanenti tagħhom. B. Deskrizzjoni tal-awtorizzazzjonijiet mogħtijin għal aktar minn klassi waħda ta’ assikurazzjoni L -ismijiet li ġejjin għandhom jingħataw awtorizzazzjonijiet li simultanjament ikopru l-klassijiet li ġejjin:
(a)
Il-Klassijiet Nri 1 u 2: “Assigurazzjoni dwar Inċidenti u Saħħa”;
(b)
Il-Klassijiet Nru 1 (ir-raba’ inċiż), 3, 7 u 10: “Assigurazzjoni tal-Vetturi bil- Mutur”;
(ċ)
Il-Klassijiet Nru 1 (ir-raba’ inċiż), 4, 6, 7 u 12: “Assigurazzjoni Marittima u ta’ Trasport”;
(d)
Il-Klassijiet Nru 1 (ir-raba’ inċiż), 5, 7 u 11: “Assigurazzjoni tal-Avjazzjoni”;
(e)
Il-Klassijiet Nri 8 u 9: “Assigurazzjoni kontra l-Ħruq u Ħsarat oħra lill-Proprjetà”;
(f)
Il-Klassijiet Nri 10 u 11, 12 u 13: “Assigurazzjoni tal-Impenn”;
(g)
Il-Klassijiet Nri 14 u 15: “Assigurazzjoni dwar Kreditu u Garanzija”;
(h)
Il-klassijiet kollha, skont l-għażla tal- Istati Membri, li għandhom jinnotifikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bl-għażla tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|