|
+Artikolu 5 IORPs żgħar u skemi statutorji |
Artikolu 5 IORPs żgħar u skemi statutorjiArtikolu 5 IORPs żgħar u skemi statutorji Bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 32 sa 35, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx din id-Direttiva, kollha kemm hi jew parti minnha, għal kwalunkwe IORP reġistrata jew awtorizzata li tinsab fit-territorju tagħhom li topera skemi ta' pensjoni li flimkien għandhom total ta' anqas minn 100 membru. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(2), tali IORPs madankollu għandhom jingħataw id-dritt li japplikaw din id-Direttiva fuq bażi volontarja. L-Artikolu 11 jista' jiġi applikat biss jekk id-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta' din id-Direttiva japplikaw. L-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 21(1) u (2) għal kwalunkwe IORP reġistrata jew awtorizzata fit-territorji tagħhom li topera skemi ta' pensjoni li flimkien għandhom total ta' aktar minn 15-il membru. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw kwalunkwe wieħed mill-Artikoli 1 sa 8, l-Artikolu 19 u l-Artikoli 32 sa 35 għal istituzzjonijiet fejn il-provvista ta' rtirar okkupazzjonali ssir taħt statut, bis-saħħa tal-liġi nazzjonali, u hija garantita minn awtorità pubblika. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|