+TITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 3 Applikazzjoni għal IORPs li joperaw skemi ta' sigurtà soċjali
---+Artikolu 4 Applikazzjoni mhux obbligatorja għal istituzzjonijiet koperti bid-Direttiva 2009/138/KE
---+Artikolu 5 IORPs żgħar u skemi statutorji
---+Artikolu 6 Definizzjonijiet
---+Artikolu 7 Attivitajiet ta' IORP
---+Artikolu 8 Separazzjoni legali bejn impriżi sponsor u IORPs
---+Artikolu 9 Reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 10 Rekwiżiti operattivi
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 11 Attivitajiet u proċeduri transfruntieri
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
------+Artikolu 11 3.
------+Artikolu 11 4.
------+Artikolu 11 5.
------+Artikolu 11 6.
------+Artikolu 11 7.
------+Artikolu 11 8.
------+Artikolu 11 9.
------+Artikolu 11 10.
------+Artikolu 11 11.
---+Artikolu 12 Trasferimenti transfruntieri
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
------+Artikolu 12 4.
------+Artikolu 12 5.
------+Artikolu 12 6.
------+Artikolu 12 7.
------+Artikolu 12 8.
------+Artikolu 12 9.
------+Artikolu 12 10.
------+Artikolu 12 11.
------+Artikolu 12 12.
------+Artikolu 12 13.
------+Artikolu 12 14.

TITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

TITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tippreskrivi r-regoli għall-bidu u t-tkomplija ta' attivitajiet imwettqa minn istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs).

Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
Artikolu 3 Applikazzjoni għal IORPs li joperaw skemi ta' sigurtà soċjali

Artikolu 3

Applikazzjoni għal IORPs li joperaw skemi ta' sigurtà soċjali

L-IORPs li joperaw ukoll skemi ta' pensjoni obbligatorji relatati mal-impjieg li huma kkunsidrati skemi tas-sigurtà soċjali koperti bir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 għandhom ikunu koperti b'din id-Direttiva fir-rigward tan-negozju tagħhom ta' provvista ta' rtirar okkupazzjonali mhux obbigatorju. F'dak il-każ, l-obbligazzjonijiet u l-assi korrispondenti għandhom ikunu ring-fenced u m'għandux ikun possibbli li jiġu trasferiti għall-iskemi obbligatorji ta' pensjoni li huma kkunsidrati skemi tas-sigurtà soċjali jew bil-maqlub.

Artikolu 4 Applikazzjoni mhux obbligatorja għal istituzzjonijiet koperti bid-Direttiva 2009/138/KE

Artikolu 4

Applikazzjoni mhux obbligatorja għal istituzzjonijiet koperti bid-Direttiva 2009/138/KE

L-Istati Membri ta' domiċilju jistgħu jagħżlu li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 9 sa 14, l-Artikoli 19 sa 22, l-Artikolu 23(1) u (2), u l-Artikoli 24 sa 58 ta' din id-Direttiva għan-negozju ta' provvista ta' rtirar okkupazzjonali ta' impriżi ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja skont il-punti (a)(i) sa (iii) u l-punti (b)(ii) sa (iv) tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2009/138/KE. F'dak il-każ, l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha korrispondenti man-negozju ta' provvista ta' rtirar okkupazzjonali għandhom ikunu ring-fenced, immaniġġjati u organizzati separatament mill-attivitajiet l-oħra tal-impriżi ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja, mingħajr xi possibbiltà ta' trasferiment.

Fil-każ imsemmi fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, u biss sa fejn huwa kkonċernat in-negozju ta' provvista ta' rtirar okkupazzjonali, l-impriżi ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja m'għandhomx ikunu soġġetti għall-Artikoli 76 sa 86, l-Artikolu 132, l-Artikolu 134(2), l-Artikolu 173, l-Artikolu 185(5), l-Artikolu 185(7) u (8) u l-Artikolu 209 tad-Direttiva 2009/138/KE.

L-Istat Membru ta' domiċilju għandu jiżgura li jew l-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-impriżi ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja koperti bid-Direttiva 2009/138/KE, bħala parti mix-xogħol tagħhom ta' superviżjoni, jivverifikaw is-separazzjoni stretta tan-negozju rilevanti ta' provvista ta' rtirar okkupazzjonali.

Artikolu 5 IORPs żgħar u skemi statutorji

Artikolu 5

IORPs żgħar u skemi statutorji

Bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 32 sa 35, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx din id-Direttiva, kollha kemm hi jew parti minnha, għal kwalunkwe IORP reġistrata jew awtorizzata li tinsab fit-territorju tagħhom li topera skemi ta' pensjoni li flimkien għandhom total ta' anqas minn 100 membru. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(2), tali IORPs madankollu għandhom jingħataw id-dritt li japplikaw din id-Direttiva fuq bażi volontarja. L-Artikolu 11 jista' jiġi applikat biss jekk id-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta' din id-Direttiva japplikaw. L-Istati Membri għandhom japplikaw l-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 21(1) u (2) għal kwalunkwe IORP reġistrata jew awtorizzata fit-territorji tagħhom li topera skemi ta' pensjoni li flimkien għandhom total ta' aktar minn 15-il membru.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw kwalunkwe wieħed mill-Artikoli 1 sa 8, l-Artikolu 19 u l-Artikoli 32 sa 35 għal istituzzjonijiet fejn il-provvista ta' rtirar okkupazzjonali ssir taħt statut, bis-saħħa tal-liġi nazzjonali, u hija garantita minn awtorità pubblika.

Artikolu 6 Definizzjonijiet

Artikolu 6

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:

(1) 

“istituzzjoni għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali”, jew “IORP”, tfisser istituzzjoni, irrispettivament mill-forma legali tagħha, li topera fuq bażi ffinanzjata, stabbilita separatament minn kull impriża sponsor jew negozju bil-għan li tipprovdi benefiċċji tal-irtirar fil-kuntest ta' attività okkupazzjonali fuq il-bażi ta' ftehim jew kuntratt miftiehem:

(a) 

individwalment jew kollettivament bejn l-impjegatur(i) u l-impjegat(i) jew ir-rappreżentanti rispettivi tagħhom, jew

(b) 

ma' persuni li jaħdmu għal rashom, individwalment jew kollettivament, b'konformità mal-liġi tal-Istati Membri ta' domiċilju u l-Istati Membri ospitanti,

u li twettaq attivitajiet li jirriżultaw direttament minnhom;

(2) 

“skema ta' pensjoni” tfisser kuntratt, ftehim, kuntratt ta' fiduċja jew regoli li jistipulaw liema benefiċċji tal-irtirar jingħataw u taħt liema kondizzjonijiet;

(3) 

“impriża sponsor” tfisser kull impriża jew korp ieħor, irrispettivament minn jekk tinkludix jew tikkonsistix minn persuna waħda jew aktar fiżika jew ġuridika, li taġixxi bħala impjegatur jew f'kapaċità ta' persuna li taħdem għal rasha jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn u li toffri skema ta' pensjoni jew tħallas kontribuzzjoni lil IORP;

(4) 

“benefiċċji tal-irtirar” tfisser benefiċċji mħallsa b'referenza mal-ilħuq ta', jew l-istennija li jintlaħaq, l-irtirar jew, fejn huma supplimentari għal dawk il-benefiċċji u pprovduti fuq bażi anċillari, fil-forma ta' ħlasijiet mal-mewt, diżabbiltà, jew waqfien mill-impjieg jew fil-forma ta' pagamenti għall-manteniment jew servizzi fil-każ ta' mard, indiġenza jew mewt. Sabiex tiġi ffaċilitata is-sigurtà finanzjarja fl-irtirar, dawk il-benefiċċji jistgħu jieħdu l-forma ta' ħlasijiet għal matul il-ħajja, ħlasijiet magħmula għal perjodu temporanju, somma f'daqqa, jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom;

(5) 

“membru” tfisser persuna, għajr benefiċjarju jew membru prospettiv, li l-attivitajiet okkupazzjonali passati jew attwali tagħha jintitolawha jew se jintitolawha għall-benefiċċji tal-irtirar skont id-dispożizzjonijiet ta' skema ta' pensjoni;

(6) 

“benefiċjarju” tfisser persuna li tirċievi benefiċċji tal-irtirar;

(7) 

“membru prospettiv” tfisser persuna li hija eliġibbli li tissieħeb fi skema ta' pensjoni;

(8) 

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità nazzjonali nnominata biex twettaq id-dmirijiet, hekk kif tipprevedi din id-Direttiva;

(9) 

“riskji bijometriċi” tfisser riskji marbuta ma' mewt, diżabbiltà u lonġevità;

(10) 

“Stat Membru ta' domiċilju” tfisser l-Istat Membru li fih l-IORP ġiet irreġistrata jew awtorizzata u li fih hija stabbilita l-amministrazzjoni ewlenija tagħha skont l-Artikolu 9;

(11) 

“Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru li l-liġi tiegħu soċjali jew tax-xogħol rilevanti għall-qasam ta' skemi ta' pensjoni okkupazzjonali hija applikabbli għar-relazzjoni bejn l-impriża sponsor u l-membri jew il-benefiċjarji;

(12) 

“IORP trasferenti” tfisser IORP li tittrasferixxi l-obbligazzjonijiet, il-provvedimenti tekniċi, u obbligi u drittijiet oħra, kif ukoll assi korrispondenti jew l-ekwivalenti fi flus kontanti tagħhom, ta' skema ta' pensjoni, kollha kemm huma jew parti minnhom, lil IORP irreġistrata jew awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(13) 

“IORP riċeventi” tfisser IORP li tirċievi l-obbligazzjonijiet, il-provvedimenti tekniċi, u obbligi u drittijiet oħra, kif ukoll assi korrispondenti jew l-ekwivalenti fi flus kontanti tagħhom, ta' skema ta' pensjoni, kollha kemm huma jew parti minnhom, minn IORP reġistrata jew awtorizzata fi Stat Membru ieħor;

(14) 

“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(15) 

“faċilità multilaterali tan-negozjar” jew “MTF” tfisser faċilità multilaterali tan-negozjar jew MTF kif definita fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(16) 

“faċilità organizzata tan-negozjar” jew “OTF” tfisser faċilità organizzata tan-negozjar jew OTF kif definita fil-punt (23) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(17) 

“mezz li jservi fit-tul” tfisser strument li jippermetti lil membri jew lil benefiċjarji jaħżnu informazzjoni indirizzata personalment lil dawk il-membri jew il-benefiċjarji, b'tali mod li din tkun aċċessibbli għal perjodu ta' żmien adegwat u biex issir referenza għaliha fil-futur għall-finijiet ta' informazzjoni, u li jkun jippermetti li ssir riproduzzjoni mingħajr tibdil tal-informazzjoni maħżuna;

(18) 

“funzjoni ewlenija”, f'sistema ta' governanza, tfisser kapaċità li jitwettqu kompiti prattiċi li jinkludu l-funzjoni tal-immaniġġjar tar-riskji, il-funzjoni tal-awditu intern, u l-funzjoni attwarja.

(19) 

“attività transfruntiera” tfisser it-tħaddim ta' skema ta' pensjoni fejn ir-relazzjoni bejn l-impriża sponsor u l-membri u l-benefiċjarji kkonċernati tkun irregolata mil-liġi soċjali u tax-xogħol rilevanti għall-qasam tal-iskemi ta' pensjoni okkupazzjonali ta' Stat Membru għajr l-Istat Membru ta' domiċilju.

Artikolu 7 Attivitajiet ta' IORP

Artikolu 7

Attivitajiet ta' IORP

L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-IORPs irreġistrati jew awtorizzati li jinsabu fit-territorji tagħhom jillimitaw l-attivitajiet ta' operazzjonijiet relatati ma' benefiċċju tal-irtirar u attivitajiet li joħorġu minnhom.

Fejn, skont l-Artikolu 4, impriża ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja timmaniġġja n-negozju tagħha ta' provvista ta' rtirar okkupazzjonali permezz tar-ring-fencing tal-assi u l-obbligazzjonijiet, l-assi u l-obbligazzjonijiet ring-fenced għandhom jiġu ristretti għal operazzjonijiet relatati ma' benefiċċji tal-irtirar u attivitajiet li joħorġu direttament minnhom.

Bħala prinċipju ġenerali, l-IORPs għandhom, fejn ikun rilevanti, iqisu l-għan li jkollhom firxa ekwitabbli ta' riskji u benefiċċji bejn il-ġenerazzjonijiet fl-attivitajiet tagħhom.

Artikolu 8 Separazzjoni legali bejn impriżi sponsor u IORPs

Artikolu 8

Separazzjoni legali bejn impriżi sponsor u IORPs

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm separazzjoni legali bejn impriża sponsor u IORP reġistrata jew awtorizzata fit-territorji tagħhom sabiex l-assi tal-IORP jiġu salvagwardjati fl-interessi tal-membri u l-benefiċjarji fil-każ ta' falliment tal-impriża sponsor.

Artikolu 9 Reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni
Artikolu 10 Rekwiżiti operattivi
Artikolu 11 Attivitajiet u proċeduri transfruntieri
Artikolu 12 Trasferimenti transfruntieri

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.