+Artikolu 12 Trasferimenti transfruntieri
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.
---+Artikolu 12 8.
---+Artikolu 12 9.
---+Artikolu 12 10.
---+Artikolu 12 11.
---+Artikolu 12 12.
---+Artikolu 12 13.
---+Artikolu 12 14.
|
Artikolu 12 Trasferimenti transfruntieri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
L-Istati Membri għandhom jippermettu IORPs reġistrati jew awtorizzati fit-territorji tagħhom biex jittrasferixxu obbligazzjonijiet, provvedimenti tekniċi, u obbligi u drittijiet oħra, kif ukoll assi korrispondenti jew l-ekwivalenti fi flus kontanti tagħhom ta' skema ta' pensjoni, kollha kemm huma jew parti minnhom, lill-IORP riċeventi.
|
|
Artikolu 12 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispejjeż tat-trasferiment ma jiġux imġarrba mill-bqija tal-membri u l-benefiċjarji tal-IORP trasferenti jew mill-membri u l-benefiċjarji titulari tal-IORP riċeventi.
|
|
Artikolu 12 3.
|
It-trasferiment għandu jkun soġġett għal approvazzjoni minn qabel minn:
(a)
maġġoranza tal-membri u maġġoranza tal-benefiċjarji kkonċernati jew, fejn applikabbli, minn maġġoranza tar-rappreżentanti tagħhom. Il-maġġoranza għandha tiġi definita skont il-liġi nazzjonali. L-IORP trasferenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-membri u tal-benefiċjarji kkonċernati u, fejn applikabbli, tar-rappreżentanti tagħhom, l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-trasferiment b'mod f'waqtu qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4; u
(b)
l-impriża sponsor, fejn applikabbli.
|
|
Artikolu 12 4.
|
It-trasferiment tal-obbligazzjonijiet, il-provvedimenti tekniċi, u obbligi u drittijiet oħrajn kif ukoll assi korrispondenti jew l-ekwivalenti fi flus kontanti tagħhom, kollha kemm huma jew ta' parti minnhom, ta' skema ta' pensjoni, bejn l-IORPs trasferenti u dawk riċeventi għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP riċeventi wara li jinkiseb il-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP trasferenti. L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tat-trasferiment għandha tiġi ppreżentata mill-IORP riċeventi. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP riċeventi għandha tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni u tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-IORP riċeventi fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-applikazzjoni.
|
|
Artikolu 12 5.
|
L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tat-trasferiment imsemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi l-informazzjoni segwenti:
(a)
il-ftehim bil-miktub bejn l-IORPs trasferenti u dawk riċeventi, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tat-trasferiment;
(b)
deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-iskema ta' pensjoni;
(c)
deskrizzjoni tal-obbligazzjonijiet jew il-provvedimenti tekniċi li jiġu ttrasferiti u obbligi u drittijiet oħrajn, kif ukoll assi korrispondenti jew l-ekwivalenti fi flus kontanti tagħhom;
(d)
l-ismijiet u l-postijiet tal-amministrazzjonijiet prinċipali tal-IORPs trasferenti u dawk riċeventi u l-Istati Membri fejn kull IORP hija rreġistrata jew awtorizzata;
(e)
il-post tal-amministrazzjoni ewlenija tal-impriża sponsor u l-isem tal-impriża sponsor;
(f)
evidenza ta' approvazzjoni minn qabel f'konformità mal-paragrafu 3;
(g)
fejn applikabbli, l-ismijiet tal-Istati Membri fejn il-liġi soċjali u tax-xogħol rilevanti għall-qasam tal-iskemi ta' pensjoni okkupazzjonali hija applikabbli għall-iskema ta' pensjoni kkonċernata.
|
|
Artikolu 12 6.
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP riċeventi għandha tibgħat l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 lill-awtorità kompetenti tal-IORP trasferenti, mingħajr dewmien wara li tirċeviha.
|
|
Artikolu 12 7.
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP riċeventi għandha tivvaluta biss jekk:
(a)
l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 5 tkun ġiet ipprovduta mill-IORP riċeventi;
(b)
l-istruttura amministrattiva, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-IORP riċeventi u r-reputazzjoni tajba jew il-kwalifiki professjonali jew l-esperjenza tal-persuni li jkunu qegħdin imexxu l-IORP riċeventi jkunu kompatibbli mat-trasferiment propost;
(c)
l-interessi fit-tul tal-membri u l-benefiċjarji tal-IORP riċeventi u l-parti ttrasferita mill-iskema jkunu protetti b'mod adegwat matul u wara t-trasferiment;
(d)
il-provvedimenti tekniċi tal-IORP riċeventi jkunu ffinanzjati bis-sħiħ fid-data tat-trasferiment, fejn it-trasferiment jirriżulta f'attività transfruntiera; u
(e)
l-assi li jiġu ttrasferiti jkunu suffiċjenti u xierqa biex ikopru l-obbligazzjonijiet, il-provvedimenti tekniċi u obbligi u drittijiet oħra li jiġu ttrasferiti, skont ir-regoli applikabbli fl-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP riċeventi.
|
|
Artikolu 12 8.
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP trasferenti għandha tivvaluta biss jekk:
(a)
fil-każ ta' trasferiment parzjali tal-obbligazzjonijiet, il-provvedimenti tekniċi, u obbligi u drittijiet oħra, kif ukoll assi korrispondenti jew l-ekwivalenti fi flus kontanti tagħhom, tal-iskema ta' pensjoni, l-interessi fit-tul tal-membri u tal-benefiċjarji tal-parti li jibqa' tal-iskema jkunu protetti b'mod adegwat;
(b)
l-intitolamenti individwali tal-membri u tal-benefiċjarji jkunu għall-inqas l-istess wara t-trasferiment;
(c)
l-assi korrispondenti għall-iskema ta' pensjoni li għandha tiġi ttrasferita jkunu suffiċjenti u xierqa biex ikopru l-obbligazzjonijiet, il-provvedimenti tekniċi u obbligi u drittijiet oħra li jiġu ttrasferiti, skont ir-regoli applikabbli fl-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP trasferenti.
|
|
Artikolu 12 9.
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP trasferenti fi żmien tmien ġimgħat minn meta taslilha l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 għandha tikkomunika r-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 8 sabiex tippermetti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP riċeventi tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 12 10.
|
Fejn l-awtorizzazzjoni tinċaħad, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP riċeventi għandha tagħti r-raġunijiet għal tali rifjut fil-perijodu ta' tliet xhur imsemmi fil-paragrafu 4. Dik iċ-ċaħda, jew nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP riċeventi għandha tkun soġġetta għal dritt ta' appell fil-qrati tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP riċeventi.
|
|
Artikolu 12 11.
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP riċeventi għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP trasferenti dwar id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 4, fi żmien ġimagħtejn minn meta tkun ħadet dik id-deċiżjoni. Fejn it-trasferiment jirriżulta f'attività transfruntiera, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP trasferenti għandha tinforma wkoll lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP riċeventi dwar ir-rekwiżiti tal-liġi soċjali u tax-xogħol rilevanti għall-qasam tal-iskemi ta' pensjoni okkupazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, li taħthom trid tiġi operata l-iskema ta' pensjoni u tar-rekwiżiti ta' informazzjoni msemmija fit-Titolu IV li għandhom japplikaw għall-attività transfruntiera. Dan għandu jiġi kkomunikat fi żmien erba' ġimgħat ulterjuri. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP riċeventi għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-IORP riċeventi fi żmien ġimgħa minn meta tirċeviha.
|
|
Artikolu 12 12.
|
Hekk kif tirċievi deċiżjoni li tingħata awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, jew jekk ma taslilha l-ebda informazzjoni dwar id-deċiżjoni mingħand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP riċeventi sal-iskadenza tal-perjodu msemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 11, l-IORP riċeventi tista' tibda topera l-iskema ta' pensjoni.
|
|
Artikolu 12 13.
|
F'każ ta' nuqqas ta' qbil dwar il-proċedura jew il-kontenut ta' azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP trasferenti jew l-IORP riċeventi, inkluża deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni jew ċaħda ta' trasferiment transfruntier, l-EIOPA tista' twettaq medjazzjoni mhux vinkolanti skont il-punt (c) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, fuq talba ta' kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet kompetenti jew fuq inizjattiva tagħha stess.
|
|
Artikolu 12 14.
|
F'każ li l-IORP riċeventi twettaq attività transfruntiera, għandu japplika l-Artikolu 11(9), (10) u (11).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|