+Artikolu 13 Provvedimenti tekniċi
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.

Artikolu 13 Provvedimenti tekniċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
L-Istat Membru ta' domiċilju għandu jiżgura li l-IORPs li joperaw skemi ta' pensjonijiet okkupazzjonali jistabbilixxu f'kull żmien fir-rigward tal-firxa totali tal-iskemi tagħhom ta' pensjoni ammont adegwat ta' obbligazzjonijiet li jikkorrispondu mal-impenji finanzjarji li joħorġu mill-portafoll tagħhom ta' kuntratti eżistenti ta' pensjoni.
Artikolu 13 2.
L-Istat Membru ta' domiċilju għandu jiżgura li l-IORPs li joperaw skemi ta' pensjoni okkupazzjonali, fejn jipprovdu kopertura kontra riskji bijometriċi jew jiggarantixxu jew it-twettiq ta' investiment jew livell partikolari ta' benefiċċji, jistabbilixxu provvedimenti tekniċi suffiċjenti fir-rigward tal-firxa totali ta' tali skemi.
Artikolu 13 3.
Il-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi għandu jseħħ kull sena. Madankollu, l-Istat Membru ta' domiċilju jista' jippermetti kalkolu darba kull tliet snin jekk l-IORP tipprovdi lill-membri jew lill-awtoritajiet kompetenti b'ċertifikazzjoni jew rapport ta' aġġustamenti għas-snin ta' bejniethom. Iċ-ċertifikazzjoni jew ir-rapport għandhom jirriflettu l-iżvilupp aġġustat tal-provvedimenti tekniċi u l-bidliet fir-riskji koperti.
Artikolu 13 4.

Il-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi għandu jiġi eżegwit u ċċertifikat minn attwarju jew minn speċjalista ieħor f'dak il-qasam, inkluż awditur, fejn dan huwa permess mil-liġi nazzjonali, fuq il-bażi ta' metodi attwarji rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, skont il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

l-ammont minimu ta' provvedimenti tekniċi għandu jkun ikkalkolat permezz ta' valwazzjoni attwarja suffiċjentement prudenti, li tikkunsidra l-impenji kollha għall-benefiċċji u għall-kontribuzzjonijiet skont l-arranġamenti ta' pensjoni tal-IORP. Għandu jkun suffiċjenti għall-pensjonijiet u l-benefiċċji li diġà jkunu qed jitħallsu lill-benefiċjarji kemm li jkomplu jitħallsu, kif ukoll li jirriflettu l-impenji li joħorġu mid-drittijiet ta' pensjoni dovuti tal-membri. Is-suppożizzjonijiet ekonomiċi u attwarji magħżula għall-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet għandhom ukoll ikunu magħżula b'mod prudenti waqt li jiġi kkunsidrat, fejn japplika, marġini addattat ta' devjazzjoni sfavorevoli;

(b) 

ir-rati massimi ta' mgħax użati għandhom ikunu magħżula b'mod prudenti u stabbiliti skont kwalunkwe regola rilevanti tal-Istat Membru ta' domiċilju. Dawk ir-rati prudenti ta' mgħax għandhom ikunu stabbiliti billi jiġu kkunsidrati:

(i) 

ir-rendiment mill-assi korrispondenti miżmuma mill-IORP u r-redditu previst minn investimenti futuri;

(ii) 

ir-rendiment mis-suq ta' bonds ta' kwalità għolja, bonds tal-gvern, bonds tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, bonds tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jew bonds tal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja, jew;

(iii) 

taħlita tal-punti (i) u (ii);

(c) 

it-tabelli bijometriċi użati għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji prudenti, wara li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi prinċipali tal-grupp tal-membri u tal-iskemi tal-pensjoni, b'mod partikolari l-bidliet mistennija fir-riskji rilevanti;

(d) 

il-metodu u l-bażi tal-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi għandhom b'mod ġenerali jibqgħu kostanti minn sena finanzjarja għall-oħra. Iżda, diskontinwitajiet jistgħu jkunu ġġustifikati permezz ta' bidla taċ-ċirkostanzi legali, demografiċi jew ekonomiċi li jsostnu dawk is-suppożizzjonijiet.

Artikolu 13 5.
L-Istat Membru ta' domiċilju jista' jagħmel il-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi suġġett għal rekwiżiti addizzjonali u aktar dettaljati, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-interessi tal-membri u l-benefiċjarji jkunu adegwatament protetti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.