|
+Artikolu 13 4. |
Artikolu 13 4.Il-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi għandu jiġi eżegwit u ċċertifikat minn attwarju jew minn speċjalista ieħor f'dak il-qasam, inkluż awditur, fejn dan huwa permess mil-liġi nazzjonali, fuq il-bażi ta' metodi attwarji rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, skont il-prinċipji li ġejjin:
(a)
l-ammont minimu ta' provvedimenti tekniċi għandu jkun ikkalkolat permezz ta' valwazzjoni attwarja suffiċjentement prudenti, li tikkunsidra l-impenji kollha għall-benefiċċji u għall-kontribuzzjonijiet skont l-arranġamenti ta' pensjoni tal-IORP. Għandu jkun suffiċjenti għall-pensjonijiet u l-benefiċċji li diġà jkunu qed jitħallsu lill-benefiċjarji kemm li jkomplu jitħallsu, kif ukoll li jirriflettu l-impenji li joħorġu mid-drittijiet ta' pensjoni dovuti tal-membri. Is-suppożizzjonijiet ekonomiċi u attwarji magħżula għall-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet għandhom ukoll ikunu magħżula b'mod prudenti waqt li jiġi kkunsidrat, fejn japplika, marġini addattat ta' devjazzjoni sfavorevoli;
(b)
ir-rati massimi ta' mgħax użati għandhom ikunu magħżula b'mod prudenti u stabbiliti skont kwalunkwe regola rilevanti tal-Istat Membru ta' domiċilju. Dawk ir-rati prudenti ta' mgħax għandhom ikunu stabbiliti billi jiġu kkunsidrati:
(i)
ir-rendiment mill-assi korrispondenti miżmuma mill-IORP u r-redditu previst minn investimenti futuri;
(ii)
ir-rendiment mis-suq ta' bonds ta' kwalità għolja, bonds tal-gvern, bonds tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà, bonds tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jew bonds tal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja, jew;
(iii)
taħlita tal-punti (i) u (ii);
(c)
it-tabelli bijometriċi użati għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji prudenti, wara li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi prinċipali tal-grupp tal-membri u tal-iskemi tal-pensjoni, b'mod partikolari l-bidliet mistennija fir-riskji rilevanti;
(d)
il-metodu u l-bażi tal-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi għandhom b'mod ġenerali jibqgħu kostanti minn sena finanzjarja għall-oħra. Iżda, diskontinwitajiet jistgħu jkunu ġġustifikati permezz ta' bidla taċ-ċirkostanzi legali, demografiċi jew ekonomiċi li jsostnu dawk is-suppożizzjonijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|