+Artikolu 17 Il-marġini ta' solvibbiltà rikjest
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.

Artikolu 17 Il-marġini ta' solvibbiltà rikjest

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1.
Il-marġini ta' solvibbiltà rikjest għandu jkun iddeterminat kif stabbilit fil-paragrafi 2 sa 6 skont l-obbligazzjonijiet sottoskritti.
Artikolu 17 2.

Il-marġini ta' solvibbiltà rikjest għandu jkun daqs is-somma tar-riżultati segwenti:

(a) 

l-ewwel riżultat:

frazzjoni ta' 4 % tal-provvedimenti matematiċi marbutin man-negozju dirett u l-aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni mingħajr it-tnaqqis taċ-ċessjonijiet ta' riassigurazzjoni għandha tkun immultiplikata bil-proporzjon, li m'għandux ikun anqas minn 85 %, għas-sena finanzjarja preċedenti, tal-provvedimenti matematiċi netti taċ-ċessjonijiet ta' riassigurazzjoni tal-provvedimenti matematiċi totali gross;

(b) 

it-tieni riżultat:

għall-poloz li għalihom il-kapital b'riskju mhuwiex ċifra negattiva, frazzjoni ta' 0,3 % ta' tali kapital sottoskritt mill-IORP għandha tkun immultiplikata bil-proporzjon, li m'għandux ikun anqas minn 50 %, għas-sena finanzjarja preċedenti, tal-kapital totali b'riskju miżmum bħala l-obbligazzjonijiet tal-IORP wara ċ-ċessjonijiet tar-riassigurazzjoni u r-retroċessjonijiet għall-kapital totali b'riskju mingħajr it-tnaqqis tar-riassigurazzjoni.

Għall-assigurazzjonijiet temporanji fuq il-mewt, ta' durata massima ta' tliet snin, il-frazzjoni għandha tkun ta' 0,1 %. Għal tali assigurazzjoni għal durata ta' aktar minn tliet snin iżda anqas minn ħames snin, dik il-frazzjoni għandha tkun 0,15 %.

Artikolu 17 3.
Għall-assigurazzjonijiet supplementari msemmija fil-punt (a)(iii) tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, il-marġini ta' solvibbiltà rikjest għandu jkun daqs il-marġini ta' solvibbiltà rikjest għall-IORPs skont it-termini tal-Artikolu 18.
Artikolu 17 4.
Għall-operazzjonijiet ta' għoti lura ta' kapital imsemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, il-marġini ta' solvibbiltà rikjest għandu jkun daqs frazzjoni ta' 4 % tal-provvedimenti matematiċi kkalkolati skont it-termini tal-paragrafu 2(a).
Artikolu 17 5.
Għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, il-marġini ta' solvibbiltà rikjest għandu jkun daqs 1 % tal-assi tagħhom.
Artikolu 17 6.

Għall-assigurazzjonijiet marbuta mal-fondi ta' investiment u koperti bil-punti (a)(i) u (ii) tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2009/138/KE u għall-operazzjonijiet imsemmijin fil-punti (b)(iii) sa (v) fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2009/138/KE, il-marġini ta' solvibbiltà rikjest għandu jkun daqs is-somma tas-segwenti:

(a) 

sa fejn l-IORP iġġorr riskju ta' investiment, frazzjoni ta' 4 % tal-provvedimenti tekniċi, ikkalkolati skont it-termini tal-paragrafu 2(a);

(b) 

sa fejn l-IORP ma ġġorr ebda riskju ta' investiment iżda l-allokazzjoni biex tkopri l-ispejjeż tal-ġestjoni tiġi ffissata għal perjodu eċċedenti l-ħames snin, frazzjoni ta' 1 % tal-provvedimenti tekniċi, ikkalkolati skont it-termini tal-paragrafu 2(a);

(c) 

sa fejn l-IORP ma ġġorr ebda riskju ta' investiment u l-allokazzjoni biex tkopri l-ispejjeż tal-ġestjoni ma tkunx iffissata għal perjodu eċċedenti l-ħames snin, ammont ekwivalenti għal 25 % tal-ispejjeż amministrattivi netti tas-sena finanzjarja preċedenti relattivi għal tali assigurazzjonijiet u operazzjonijiet;

(d) 

sa fejn l-IORP tkopri riskju ta' mewt, frazzjoni ta' 0,3 % tal-kapital b'riskju, ikkalkolata f'konformità mal-paragrafu 2(b).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.