|
+Artikolu 17 2. |
Artikolu 17 2.Il-marġini ta' solvibbiltà rikjest għandu jkun daqs is-somma tar-riżultati segwenti:
(a)
l-ewwel riżultat: frazzjoni ta' 4 % tal-provvedimenti matematiċi marbutin man-negozju dirett u l-aċċettazzjonijiet tar-riassigurazzjoni mingħajr it-tnaqqis taċ-ċessjonijiet ta' riassigurazzjoni għandha tkun immultiplikata bil-proporzjon, li m'għandux ikun anqas minn 85 %, għas-sena finanzjarja preċedenti, tal-provvedimenti matematiċi netti taċ-ċessjonijiet ta' riassigurazzjoni tal-provvedimenti matematiċi totali gross;
(b)
it-tieni riżultat: għall-poloz li għalihom il-kapital b'riskju mhuwiex ċifra negattiva, frazzjoni ta' 0,3 % ta' tali kapital sottoskritt mill-IORP għandha tkun immultiplikata bil-proporzjon, li m'għandux ikun anqas minn 50 %, għas-sena finanzjarja preċedenti, tal-kapital totali b'riskju miżmum bħala l-obbligazzjonijiet tal-IORP wara ċ-ċessjonijiet tar-riassigurazzjoni u r-retroċessjonijiet għall-kapital totali b'riskju mingħajr it-tnaqqis tar-riassigurazzjoni. Għall-assigurazzjonijiet temporanji fuq il-mewt, ta' durata massima ta' tliet snin, il-frazzjoni għandha tkun ta' 0,1 %. Għal tali assigurazzjoni għal durata ta' aktar minn tliet snin iżda anqas minn ħames snin, dik il-frazzjoni għandha tkun 0,15 %. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|