|
+Artikolu 19 1. |
Artikolu 19 1.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-IORPs reġistrati jew awtorizzati fit-territorji tagħhom jinvestu skont ir-regola tal-“persuna prudenti” u b'mod partikolari skont ir-regoli li ġejjin:
(a)
l-assi kollha għandhom ikunu investiti fl-aħjar interessi fit-tul tal-membri u tal-benefiċjarji kollha kemm huma. Fil-każ ta' kunflitt ta' interessi potenzjali, l-IORP, jew l-entità li timmaniġġja l-portafoll tagħha, għandha tiżgura li l-investiment isir fl-interess uniku tal-membri u l-benefiċjarji;
(b)
skont ir-regola tal-persuna prudenti, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-IORPs iqisu l-impatt potenzjali fit-tul tad-deċiżjonijiet ta' investiment fuq il-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza;
(c)
l-assi għandhom ikunu investiti b'mod li jiġu żgurati s-sigurtà, il-kwalità, il-likwidità u l-profittabbiltà tal-portafoll kollu kemm hu;
(d)
l-assi għandhom predominantement ikunu investiti fi swieq regolati. Investiment f'assi li mhumiex ammessi għan-negozju f'suq finanzjarju regolat għandu f'kull każ jinżamm f'livelli prudenti;
(e)
investiment fi strumenti derivattivi għandu jkun possibbli sal-limitu li dawn l-istrumenti jikkontribwixxu għal tnaqqis tar-riskji ta' investiment jew jiffaċilita l-immaniġġjar effiċjenti tal-portafoll. Għandhom ikunu vvalutati fuq bażi prudenti, waqt li jiġu kkunsidrati l-assi sottostanti, u jiġu inklużi fil-valutazzjoni tal-assi ta' IORP. L-IORPs għandhom ukoll jevitaw li kontroparti waħda u l-operazzjonijiet oħra derivattivi jiġu esposti eċċessivament għar-riskji;
(f)
l-assi għandhom ikunu ddiversifikati kif imiss b'tali mod li tiġi evitata dipendenza eċċessiva fuq xi assi partikolari, fuq l-emittent jew fuq grupp ta' impriżi u akkumulazzjonijiet ta' riskju fil-portafolli kollha kemm huma. Investimenti f'assi maħruġa mill-istess emittenti jew minn emittenti li jagħmlu parti mill-istess grupp m'għandhomx jesponu lill-IORP għal konċentrazzjoni eċċessiva ta' riskji;
(g)
l-investiment fl-impriża sponsor m'għandux ikun aktar minn 5 % tal-portafoll kollu kemm hu u, fejn l-impriża sponsor tagħmel parti minn grupp, l-investiment fl-impriżi li jagħmlu parti mill-istess grupp bħal dak tal-impriża sponsor m'għandux ikun aktar minn 10 % tal-portafoll. Fejn l-IORP tkun sponsorjata minn numru ta' impriżi, l-investiment f'dawk l-impriżi sponsor għandu jsir bi prudenza, waqt li jikkunsidra l-ħtieġa għal diversifikazzjoni kif imiss. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-punti (f) u (g) għall-investiment f'bonds tal-gvern. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|