+Artikolu 19 Regoli ta' investiment
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.
---+Artikolu 19 8.

Artikolu 19 Regoli ta' investiment

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-IORPs reġistrati jew awtorizzati fit-territorji tagħhom jinvestu skont ir-regola tal-“persuna prudenti” u b'mod partikolari skont ir-regoli li ġejjin:

(a) 

l-assi kollha għandhom ikunu investiti fl-aħjar interessi fit-tul tal-membri u tal-benefiċjarji kollha kemm huma. Fil-każ ta' kunflitt ta' interessi potenzjali, l-IORP, jew l-entità li timmaniġġja l-portafoll tagħha, għandha tiżgura li l-investiment isir fl-interess uniku tal-membri u l-benefiċjarji;

(b) 

skont ir-regola tal-persuna prudenti, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-IORPs iqisu l-impatt potenzjali fit-tul tad-deċiżjonijiet ta' investiment fuq il-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza;

(c) 

l-assi għandhom ikunu investiti b'mod li jiġu żgurati s-sigurtà, il-kwalità, il-likwidità u l-profittabbiltà tal-portafoll kollu kemm hu;

(d) 

l-assi għandhom predominantement ikunu investiti fi swieq regolati. Investiment f'assi li mhumiex ammessi għan-negozju f'suq finanzjarju regolat għandu f'kull każ jinżamm f'livelli prudenti;

(e) 

investiment fi strumenti derivattivi għandu jkun possibbli sal-limitu li dawn l-istrumenti jikkontribwixxu għal tnaqqis tar-riskji ta' investiment jew jiffaċilita l-immaniġġjar effiċjenti tal-portafoll. Għandhom ikunu vvalutati fuq bażi prudenti, waqt li jiġu kkunsidrati l-assi sottostanti, u jiġu inklużi fil-valutazzjoni tal-assi ta' IORP. L-IORPs għandhom ukoll jevitaw li kontroparti waħda u l-operazzjonijiet oħra derivattivi jiġu esposti eċċessivament għar-riskji;

(f) 

l-assi għandhom ikunu ddiversifikati kif imiss b'tali mod li tiġi evitata dipendenza eċċessiva fuq xi assi partikolari, fuq l-emittent jew fuq grupp ta' impriżi u akkumulazzjonijiet ta' riskju fil-portafolli kollha kemm huma.

Investimenti f'assi maħruġa mill-istess emittenti jew minn emittenti li jagħmlu parti mill-istess grupp m'għandhomx jesponu lill-IORP għal konċentrazzjoni eċċessiva ta' riskji;

(g) 

l-investiment fl-impriża sponsor m'għandux ikun aktar minn 5 % tal-portafoll kollu kemm hu u, fejn l-impriża sponsor tagħmel parti minn grupp, l-investiment fl-impriżi li jagħmlu parti mill-istess grupp bħal dak tal-impriża sponsor m'għandux ikun aktar minn 10 % tal-portafoll.

Fejn l-IORP tkun sponsorjata minn numru ta' impriżi, l-investiment f'dawk l-impriżi sponsor għandu jsir bi prudenza, waqt li jikkunsidra l-ħtieġa għal diversifikazzjoni kif imiss.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-punti (f) u (g) għall-investiment f'bonds tal-gvern.

Artikolu 19 2.
Filwaqt li jqisu d-daqs, in-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-IORPs taħt superviżjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-proċessi ta' valutazzjoni tal-kreditu tal-IORPs, jivvalutaw l-użu ta' referenzi għall-klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa mill-aġenziji li jikklassifikaw il-kreditu kif definiti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), fil-politiki ta' investiment tagħhom u, fejn ikun xieraq, jinkoraġġixxu l-mitigazzjoni tal-impatt ta' referenzi bħal dawn, bil-ħsieb li titnaqqas id-dipendenza esklużiva u mekkanistika fuq tali klassifikazzjonijiet tal-kreditu.
Artikolu 19 3.
L-Istat Membru ta' domiċilju għandu jipprojbixxi lill-IORPs milli jissellfu jew jaġixxu bħala garanti għan-nom ta' partijiet terzi. Iżda l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-IORPs jissellfu biss għal raġunjiet ta' likwidità u fuq bażi temporanja.
Artikolu 19 4.
L-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu lill-IORPs reġistrati jew awtorizzati fit-territorju tagħhom jinvestu f'kategoriji partikolari ta' assi.
Artikolu 19 5.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30, l-Istati Membri m'għandhomx jissoġġettaw id-deċiżjonijiet ta' investiment ta' IORP reġistrata jew awtorizzata fit-territorju tagħhom jew il-maniġer tagħha ta' investiment għal xi xorta ta' approvazzjoni minn qabel jew rekwiżiti ta' notifika sistematika.
Artikolu 19 6.
Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 5, l-Istati Membri jistgħu, għall-IORPs reġistrati jew awtorizzati fit-territorji tagħhom, jippreskrivu regoli aktar dettaljati, inklużi regoli kwantitattivi, sakemm dawn ikunu prudentement iġġustifikati, biex jirriflettu l-firxa totali tal-iskemi ta' pensjoni operati minn dawk l-IORPs.

Iżda l-Istati Membri m'għandhomx jipprevjenu IORPs milli:

(a) 

jinvestu s-70 % tal-assi li jkopru l-provvedimenti tekniċi jew tal-portafoll sħiħ għal skemi li fihom il-membri jġorru r-riskji ta' investiment f'ishma, titoli negozjabbli ttrattati bħala ishma u bonds korporattivi ammessi għan-negozju fi swieq regolati, jew permezz ta' MTFs jew OTFs, u jiddeċiedu dwar il-piż relattiv ta' dawk it-titoli fil-portafoll tagħhom ta' investiment. Madankollu, sakemm ikun prudentement iġġustifikat, l-Istati Membri jistgħu japplikaw limitu aktar baxx ta' mhux anqas minn 35 % għall-IORPs li joperaw skemi ta' pensjoni b'garanzija ta' rata ta' imgħax fit-tul, iġorru r-riskju tal-investiment u huma stess jipprevedu l-garanzija;

(b) 

jinvestu sa 30 % tal-assi li jkopru l-provvedimenti tekniċi f'assi denominati f'muniti għajr dawk li fihom huma espressi l-obbligazzjonijiet;

(c) 

jinvestu fi strumenti li għandhom orizzont tal-investiment fit-tul u li mhumiex innegozjati fi swieq regolati, f'MTFs jew f'OTFs;

(d) 

jinvestu fi strumenti maħruġa jew iggarantiti mill-BEI u previsti fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, il-Fondi Ewropej tal-Investiment fuq Terminu Twil, il-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej u l-Fondi Ewropej ta' Kapital ta' Riskju.

Artikolu 19 7.
Il-paragrafu 6 m'għandux jipprekludi d-dritt li l-Istati Membri jeżiġu l-applikazzjoni għall-IORPs reġistrati jew awtorizzati fit-territorju tagħhom, ta' regoli aktar stretti ta' investiment ukoll fuq bażi individwali sakemm ikunu prudentement iġġustifikati, b'mod partikolari fid-dawl tal-obbligazzjonijiet li tidħol fihom l-IORP.
Artikolu 19 8.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti ta' IORP li twettaq attività transfruntiera kif imsemmi fl-Artikolu 11 ma għandhiex tistabbilixxi regoli tal-investiment apparti dawk stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 6 għall-parti tal-assi li tkopri l-provvedimenti tekniċi għall-attività transfruntiera.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.