+Artikolu 21 Rekwiżiti ġenerali ta' governanza
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.

Artikolu 21 Rekwiżiti ġenerali ta' governanza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.
L-Istati Membri għandhom jeżiġu lill-IORPs kollha jadottaw sistema ta' governanza effikaċi li tipprevedi mmaniġġjar sod u prudenti tal-attivitajiet tagħhom. Din is-sistema għandha tinkludi struttura organizzattiva trasparenti u adegwata b'allokazzjoni ċara u segregazzjoni xierqa tar-responsabbiltajiet u b'sistema effikaċi li tiżgura t-trażmissjoni tal-informazzjoni. Is-sistema ta' governanza għandha tinkludi kunsiderazzjoni ta' fatturi ambjentali, soċjali u kif ukoll ta' governanza relatati ma' assi ta' investiment f'deċiżjonijiet ta' investiment, u għandha tkun soġġetta għal rieżami intern regolari.
Artikolu 21 2.
Is-sistema ta' governanza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun proporzjonata għad-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-IORP.
Artikolu 21 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li IORP tistabbilixxi u tapplika politiki bil-mitkub li jirrigwardaw l-immaniġġjar tar-riskji, l-awditu intern u, fejn rilevanti, l-attivitajiet attwarji u esternalizzati. Dawn il-politiki bil-miktub għandhom jiġu soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel min-naħa tal-korp maniġerjali jew superviżorju tal-IORP u għandhom jiġu sottomessi għal rieżami mill-inqas kull tliet snin u adattati fid-dawl ta' kwalunkwe bidla sinifikanti fis-sistema jew fil-qasam ikkonċernat(a).
Artikolu 21 4.
L-Istati Membri jiżguraw li l-IORPs jkollhom fis-seħħ sistema effikaċi ta' kontroll intern. Din is-sistema għandha tinkludi proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi, qafas ta' kontroll intern u arranġamenti xierqa ta' rapportar fil-livelli kollha tal-IORP.
Artikolu 21 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-IORPs jieħdu passi raġonevoli biex jaċċertaw il-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom, inkluż l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' kontinġenza. Għal dak il-għan, l-IORPs għandhom jużaw sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa u proporzjonati, u għandhom, b'mod partikolari, jistabbilixxu netwerks u sistemi tal-informazzjoni u jwettqu l-ġestjoni tagħhom f'konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), meta applikabbli.
Artikolu 21 6.
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-IORPs ikollhom minn tal-inqas żewġ persuni li effettivament imexxu l-IORP. Abbażi ta' valutazzjoni motivata mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li persuna waħda biss effettivament tmexxi l-istituzzjoni. Dik il-valutazzjoni għandha tqis ir-rwol tas-sħab soċjali fil-ġestjoni globali tal-IORP, kif ukoll id-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-IORP.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.