+Artikolu 22 Rekwiżiti għal immaniġġjar kompetenti u idoneu
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.
---+Artikolu 22 7.
|
Artikolu 22 Rekwiżiti għal immaniġġjar kompetenti u idoneu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-IORPs jiżguraw li l-persuni li effettivament imexxu l-IORP jew persuni li jwettqu funzjonijiet ewlenin oħra u, fejn applikabbli, persuni jew entitajiet li lilhom tkun ġiet esternalizzata funzjoni ewlenija skont l-Artikolu 31, ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti segwenti meta jwettqu l-kompiti tagħhom:
(a)
ir-rekwiżit li jkunu kompetenti:
(i)
għal persuni li effettivament imexxu l-IORP, dan ifisser li l-kwalifiki, l-għarfien u l-esperjenza tagħhom ikunu kollettivament adegwati biex jippermettulhom jiżguraw li l-IORP tiġi mmaniġġjata b'mod sod u prudenti;
(ii)
għal persuni li jwettqu l-funzjonijiet ewlenin attwarji u ta' awditjar intern dan ifisser li l-kwalifiki, l-għarfien u l-esperjenza professjonali tagħhom huma xierqa biex iwettqu l-funzjonijiet ewlenin tagħhom kif xieraq;
(iii)
għal persuni li jwettqu funzjonijiet ewlenin oħra dan ifisser li l-kwalifiki, l-għarfien u l-esperjenza tagħhom huma xierqa biex iwettqu l-funzjonijiet ewlenin tagħhom kif xieraq; u
(b)
ir-rekwiżit li jkunu idonei: ikollhom reputazzjoni tajba u jkunu ta' integrità.
|
|
Artikolu 22 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkunu kapaċi jivvalutaw jekk il-persuni li effettivament imexxu l-IORP jew li jwettqu funzjonijiet ewlenin jissodisfawx ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 22 3.
|
Fejn Stat Membru ta' domiċilju jeżiġi prova ta' reputazzjoni tajba, prova li qatt ma fallew qabel, jew prova tat-tnejn, mill-persuni msemmija fil-paragrafu 1, dak l-Istat Membru għandu jaċċetta bħala prova suffiċjenti fir-rigward ta' persuni nazzjonali ta' Stati Membri oħra, il-preżentazzjoni ta' silta mill-kondotta tal-Istat Membru l-ieħor jew, f'każ li ma jkunx hemm kondotta fl-Istat Membru l-ieħor, il-preżentazzjoni ta' dokument ekwivalenti, li juri li dawn ir-rekwiżiti ġew issodisfati, maħruġ minn awtorità kompetenti ġudizzjarja jew amministrattiva jew fl-Istat Membru li tiegħu l-persuna kkonċernata hija ċittadina jew fl-Istat Membru ta' domiċilju.
|
|
Artikolu 22 4.
|
Fejn l-ebda awtorità kompetenti ġudizzjarja jew amministrattiva jew fl-Istat Membru ta' domiċilju li tiegħu l-persuna kkonċernata hija ċittadin jew fl-Istat Membru ta' domiċilju li joħroġ dokument ekwivalenti hekk kif imsemmi fil-paragrafu 3, dik il-persuna għandha titħalla tippreżenta dikjarazzjoni ġuramentata minfloku. Madankollu, fl-Istati Membri ta' domiċilju fejn ma hemm l-ebda dispożizzjoni biex isiru dikjarazzjonijiet ġuramentati, iċ-ċittadini ta' Stati Membri oħrajn ikkonċernati, għandhom jitħallew jippreżentaw dikjarazzjoni solenni magħmula minnhom quddiem awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti fl-Istat Membru ta' domiċilju tagħhom jew fl-Istat Membru li tiegħu ikun ċittadin jew quddiem nutar f'wieħed minn dawk l-Istati Membri. Tali awtorità jew nutar għandhom joħorġu ċertifikat li jattesta l-awtentiċità tad-dikjarazzjoni ġuramentata jew tad-dikjarazzjoni solenni.
|
|
Artikolu 22 5.
|
Il-prova li tindika li persuna ma tkunx falliet qabel, kif imsemmi fil-paragrafu 3, tista' wkoll tiġi pprovduta f'forma ta' dikjarazzjoni magħmula miċ-ċittadini tal-Istat Membru l-ieħor ikkonċernat, quddiem korp ġudizzjarju, professjonali jew kummerċjali kompetenti f'dak l-Istat Membru l-ieħor.
|
|
Artikolu 22 6.
|
Id-dokumenti msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 għandhom jiġu ppreżentati fiż-żmien tliet xhur mid-data meta jinħarġu.
|
|
Artikolu 22 7.
|
L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-awtoritajiet u lill-korpi kompetenti sabiex joħorġu d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5, u għandhom jinformaw immedjatament lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bihom. L-Istati Membri għandhom jinformaw ukoll lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet jew bil-korpi li quddiemhom għandhom jiġu ppreżentati d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 b'sostenn għall-applikazzjoni għat-twettiq tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 11 fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|