+Artikolu 23 Politika ta' remunerazzjoni
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
|
Artikolu 23 Politika ta' remunerazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-IORPs jistabbilixxu u japplikaw politika ta' remunerazzjoni soda għal dawk il-persuni kollha li effettivament imexxu l-IORP, iwettqu funzjonijiet ewlenin u kategoriji oħra ta' persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-IORP b'tali mod li jkun proporzjonat għad-daqs u għall-organizzazzjoni interna tagħhom, kif ukoll għad-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom.
|
|
Artikolu 23 2.
|
Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fir-Regolament (UE) 2016/679, l-IORPs għandhom jiddivulgaw regolarment informazzjoni rilevanti għall-pubbliku fir-rigward tal-politika ta' remunerazzjoni tagħhom.
|
|
Artikolu 23 3.
|
Meta tiġi stabbilita u applikata l-politika ta' remunerazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-IORPs għandhom jikkonformaw mal-prinċipji segwenti:
(a)
il-politika ta' remunerazzjoni għandha tiġi stabbilita, implimentata u miżmuma f'konformità mal-attivitajiet, mal-profil tar-riskju, mal-objettivi, u mal-interessi fit-tul, l-istabbiltà finanzjarja u l-prestazzjoni tal-IORP kollha kemm hi, u għandha tapoġġja l-immaniġġjar sod, prudenti u effikaċi tal-IORPs;
(b)
il-politika ta' remunerazzjoni għandha tkun konformi mal-interessi fit-tul tal-membri u l-benefiċjarji tal-iskemi ta' pensjoni operati mill-IORP;
(c)
il-politika ta' remunerazzjoni għandha tinkludi miżuri li l-għan tagħhom huwa li jevitaw il-kunflitti ta' interess;
(d)
il-politika ta' remunerazzjoni għandha tkun konsistenti mal-immaniġġjar tar-riskji sod u effikaċi u ma għandhiex tinkoraġġixxi it-teħid ta' riskji li hu inkonsistenti mal-profili tar-riskju u r-regoli tal-IORP;
(e)
il-politika ta' remunerazzjoni għandha tapplika għall-IORP u għall-fornituri ta' servizz imsemmija fl-Artikolu 31(1), dment li dawk il-fornituri ta' servizz ikunu koperti mid-Direttivi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2);
(f)
l-IORP għandha tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tal-politika ta' remunerazzjoni, għandha tirrivediha u taġġornaha tal-inqas kull tliet snin, u għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha;
(g)
il-governanza fir-rigward tar-remunerazzjoni u s-sorveljanza tagħha għandha tkun ċara, trasparenti u effikaċi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|