+Artikolu 24 Dispożizzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
---+Artikolu 24 6.
|
Artikolu 24 Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-IORPs ikollhom il-funzjonijiet ewlenin li ġejjin: funzjoni ta' mmaniġġjar tar-riskji, funzjoni ta' awditu intern u, fejn applikabbli, funzjoni attwarja. L-IORPs għandhom jippermettu lid-detenturi tal-funzjonijiet ewlenin iwettqu dmirijiethom b'effikaċja, b'mod li jkun oġġettiv, ġust u indipendenti.
|
|
Artikolu 24 2.
|
L-IORPs jistgħu jippermettu li persuna jew unità organizzattiva waħda twettaq aktar minn funzjoni ewlenija waħda, bl-eċċezzjoni tal-funzjoni ta' awditjar intern imsemmi fl-Artikolu 26, li għandha tkun indipendenti mill-funzjonijiet ewlenin l-oħrajn.
|
|
Artikolu 24 3.
|
Il-persuna unika jew l-unità organizzattiva li twettaq funzjoni ewlenija għandha tkun differenti minn dik li twettaq funzjoni ewlenija simili fl-impriża sponsor. L-Istati Membri jistgħu, waqt li jqisu d-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-IORP, jippermettu lill-IORP twettaq funzjonijiet ewlenin permezz tal-istess persuna jew unità organizzattiva bħal fl-impriża sponsor, sakemm l-IORP tispjega kif din tipprevjeni jew timmaniġġja kwalunkwe kunflitt ta' interess mal-impriża sponsor.
|
|
Artikolu 24 4.
|
Id-detenturi ta' funzjoni ewlenija għandhom jirrapportaw kwalunkwe sejba materjali jew rakkomandazzjonifil-qasam ta' responsabbiltà tagħhom lill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-IORP li mbagħad għandu jiddetermina x'azzjonijiet għandhom jittieħdu fir-rigward.
|
|
Artikolu 24 5.
|
Mingħajr preġudizzju għall-privileġġ kontra l-awtoinkriminazzjoni, id-detentur ta' funzjoni ewlenija għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-IORP jekk il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-IORP ma jiħux azzjoni ta' rimedju fil-każijiet li ġejjin:
(a)
fejn il-persuna jew l-unità organizzattiva li twettaq il-funzjoni ewlenija tidentifika riskju sinifikanti li l-IORP mhux se tikkonforma ma' rekwiżit statutorju materjalment sinifikanti u tirrapportah lill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-IORP, u fejn din jista' jkollu impatt sinifikanti fuq l-interessi tal-membri u l-benefiċjarji; jew
(b)
fejn il-persuna jew l-unità organizzattiva li twettaq il-funzjoni ewlenija tosserva ksur materjali sinifikanti tal-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-IORP u l-attivitajiet tagħha fil-kuntest tal-funzjoni ewlenija ta' dik il-persuna jew unità organizzattiva u tirrapportah lill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-IORP.
|
|
Artikolu 24 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni legali tal-persuni li jinformaw lill-awtorità kompetenti f'konformità mal-paragrafu 5.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|