+Artikolu 25 L-immaniġġjar tar-riskji
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.
---+Artikolu 25 3.
|
Artikolu 25 L-immaniġġjar tar-riskji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 25 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-IORPs, b'mod proporzjonat għad-daqs u l-organizzazzjoni interna tagħhom kif ukoll għad-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, jadottaw funzjoni effikaċi tal-immaniġġjar tar-riskji. Dik il-funzjoni għandha tkun strutturata b'tali mod li tiffaċilita l-funzjonament ta' sistema ta' mmaniġġjar tar-riskju li għaliha l-IORPs għandhom jadottaw l-istrateġiji, il-proċessi u l-proċeduri ta' rapportar meħtieġa għall-identifikazzjoni, il-kejl, il-monitoraġġ, l-immaniġġjar u r-rapportar tar-riskji regolari lill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-IORP f'livell individwali u f'dak aggregat, li għalih l-IORPs u l-iskemi ta' pensjoni operati minnhom ikunu esposti għalihom jew jistgħu jkunu esposti għalihom, u l-interdipendenzi tagħhom. Is-sistema tal-immaniġġjar tar-riskji għandha tkun effikaċi u integrata tajjeb fl-istruttura organizzazzjonali u fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-IORP.
|
|
Artikolu 25 2.
|
Is-sistema tal-immaniġġjar tar-riskji għandha tkopri, b'mod li jkun proporzjonat għad-daqs u għall-organizzazzjoni interna tal-IORPs, kif ukoll għad-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, ir-riskji li jista' jkun hemm fl-IORPs jew fl-impriżi li għandhom ikunu ġew esternalizzati xi kompiti jew attivitajiet ta' IORP, tal-inqas fl-oqsma li ġejjin, fejn applikabbli:
(a)
is-sottoskrizzjoni u r-riżervar;
(b)
l-immaniġġjar tal-assi u tal-obbligazzjonijiet;
(c)
l-investiment, partikolarment id-derivattivi, it-titolizzazzjonijiet u impenji simili;
(d)
l-immaniġġjar tar-riskji ta' likwidità u ta' konċentrazzjoni;
(e)
l-immaniġġjar tar-riskji operattivi;
(f)
l-assigurazzjoni u tekniki oħra għall-mitigazzjoni tar-riskji;
(g)
ir-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza relatati mal-portafoll tal-investiment u l-ġestjoni tiegħu.
|
|
Artikolu 25 3.
|
Fejn, f'konformità mal-kundizzjonijiet tal-iskema ta' pensjoni, il-membri u l-benefiċjarji jġorru r-riskji huma, is-sistema tal-immaniġġjar tar-riskji għandha tqis ukoll dawn ir-riskji mill-perspettiva tal-membri u tal-benefiċjarji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|