|
+Artikolu 27 1. |
Artikolu 27 1.Fejn IORP innifisha tipprevedi kopertura kontra r-riskji bijometriċi jew tiggarantixxi jew prestazzjoni tal-investiment jew livell partikolari ta' benefiċċji, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-IORP tipprovdi għal funzjoni attwarja effikaċi biex:
(a)
jikkoordinaw u jissorveljaw il-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi;
(b)
jivvalutaw l-adegwatezza tal-metodoloġiji u tal-mudelli sottostanti użati fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi u s-suppożizzjonijiet magħmula għal dan l-iskop;
(c)
jivvalutaw is-suffiċjenza u l-kwalità tad-dejta użata fil-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi;
(d)
iqabblu is-suppożizzjonijiet sottostanti għall-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi mal-esperjenza miksuba;
(e)
jinformaw lill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-IORP bl-affidabbiltà u l-adegwatezza tal-kalkolu tal-provvedimenti tekniċi;
(f)
jesprimu opinjoni dwar il-politika globali ta' sottoskrizzjoni, f'każ li l-IORP ikollha politika ta' dan it-tip;
(g)
jesprimu opinjoni dwar l-adegwatezza tal-arranġamenti ta' assigurazzjoni, f'każ li l-IORP ikollha tali arranġamenti; u
(h)
jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni effikaċi tas-sistema tal-immaniġġjar tar-riskji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|