+Artikolu 31 Esternalizzazzjoni
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
---+Artikolu 31 4.
---+Artikolu 31 5.
---+Artikolu 31 6.
---+Artikolu 31 7.
|
Artikolu 31 Esternalizzazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jeżiġu lill-IORPs irreġistrati jew awtorizzati fit-territorji tagħhom biex jafdaw kwalunkwe attività, inklużi l-funzjonijiet ewlenin u l-immaniġġjar ta' dawn l-IORPs, kollha kemm huma jew parti minnhom, lil fornituri ta' servizz li joperaw għan-nom ta' dawn l-IORPs.
|
|
Artikolu 31 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-IORPs jibqgħu kompletament responsabbli għall-konformità mal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva meta jesternalizzaw funzjonijiet ewlenin jew kwalunkwe attività oħra.
|
|
Artikolu 31 3.
|
L-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet ewlenin jew ta' kwalunkwe attività oħra m'għandhiex issir b'tali mod li tista' twassal għal xi waħda minn dawn il-konsegwenzi li ġejjin:
(a)
tiddanneġġa l-kwalità tas-sistema ta' governanza tal-IORP ikkonċernata;
(b)
iżżid ir-riskju operattiv bla bżonn;
(c)
tiddanneġġa l-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jimmonitorjaw il-konformità tal-IORP mal-obbligi tagħha;
(d)
iddgħajjef is-servizz kontinwu u sodisfaċenti maħsub għall-membri u għall-benefiċjarji.
|
|
Artikolu 31 4.
|
L-IORPs għandhom jiżguraw il-funzjonament xieraq tal-attivitajiet esternalizzati permezz tal-proċess tal-għażla ta' fornitur ta' servizz u tal-monitoraġġ kontinwu tal-attivitajiet ta' dak il-fornitur ta' servizz.
|
|
Artikolu 31 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-IORPs li jesternalizzaw funzjonijiet ewlenin, l-immaniġġjar ta' dawk l-IORPs, jew attivitajiet oħra koperti minn din id-Direttiva jidħlu fi ftehim bil-miktub mal-fornitur ta' servizz. Ftehim ta' dan it-tip għandu jkun legalment eżegwibbli u għandu jiddefinixxi b'mod ċar id-drittijiet u l-obbligi tal-IORP u tal-fornitur ta' servizz.
|
|
Artikolu 31 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-IORPs jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien opportun dwar kwalunkwe esternalizzazzjoni tal-attivitajiet koperti minn din id-Direttiva. Meta l-esternalizzazzjoni tikkonċerna l-funzjonijiet ewlenin jew l-immaniġġjar tal-IORPs, din għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jidħol fis-seħħ il-ftehim dwar kwalunkwe esternalizzazzjoni ta' dan it-tip. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li l-IORPs jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe żvilupp importanti sussegwenti fir-rigward ta' kwalunkwe attività esternalizzata.
|
|
Artikolu 31 7.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa biex, fi kwalunkwe ħin, jitolbu l-informazzjoni mingħand l-IORPs u l-fornituri ta' servizz dwar il-funzjonijiet ewlenin jew kwalunkwe attività oħra li jkunu ġew esternalizzati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|