+Artikolu 33 Ħatra tad-depożitarju
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.
---+Artikolu 33 6.
---+Artikolu 33 7.
---+Artikolu 33 8.

Artikolu 33 Ħatra tad-depożitarju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1.
Fil-każ ta' skema ta' pensjoni okkupazzjonali fejn il-membri u l-benefiċjarji jġorru r-riskju tal-investiment kollu huma, l-Istat Membru ta' domiċilju jista' jeżiġi li l-IORP taħtar depożitarju wieħed jew aktar għall-kustodja tal-assi u għal dmirijiet ta' sorveljanza f'konformità mal-Artikoli 34 u 35. L-Istat Membru ospitanti jista' jeżiġi li tali IORPs jaħtru depożitarju wieħed jew aktar għall-kustodja tal-assi u għal dmirijiet ta' sorveljanza f'konformità mal-Artikoli 34 u 35 meta jwettqu attività transfruntiera f'konformità mal-Artikolu 11, dment li l-ħatra ta' depożitarju tkun rikjesta skont il-liġi nazzjonali tiegħu.
Artikolu 33 2.
Għall-iskemi ta' pensjoni okkupazzjonali li fihom il-membri u l-benefiċjarji ma jġorrux ir-riskju tal-investiment kollu huma, l-Istat Membru ta' domiċilju jista' jeżiġi li l-IORP taħtar depożitarju wieħed jew aktar għall-kustodja tal-assi jew għall-kustodja tal-assi u għal dmirijiet ta' sorveljanza f'konformità mal-Artikoli 34 u 35.
Artikolu 33 3.
L-Istati Membri m'għandhomx jirrestrinġu lill-IORPs milli jaħtru depożitarji stabbiliti fi Stat Membru ieħor u debitament awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2014/65/UE jew aċċettati bħala depożitarji għall-għanijiet tad-Direttiva 2009/65/KE jew id-Direttiva 2011/61/UE.
Artikolu 33 4.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, jipprojbixxu, f'konformità mal-Artikolu 48, id-disponiment bla ħlas tal-assi miżmuma minn depożitarju jew kustodju li jinsabu fit-territorju tagħhom fuq it-talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-IORP.
Artikolu 33 5.
Id-depożitarju għandu jinħatar permezz ta' kuntratt bil-miktub. Il-kuntratt għandu jistipula t-trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa biex id-depożitarju jkun jista' jwettaq id-dmirijiet tiegħu kif stabbilit f'din id-Direttiva u f'liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi rilevanti oħra.
Artikolu 33 6.
Meta jwettqu l-kompiti stipulati fl-Artikoli 34 u 35, l-IORP u d-depożitarju għandhom jaġixxu b'mod onest, ġust, professjonali, indipendenti u fl-interess tal-membri u tal-benefiċjarji tal-iskema.
Artikolu 33 7.
Depożitarju m'għandux iwettaq attivitajiet fir-rigward tal-IORP li jistgħu joħolqu kunflitti ta' interess bejn l-IORP, il-membri u l-benefiċjarji tal-iskema u d-depożitarju nnifsu, sakemm id-depożitarju ma jkunx funzjonalment u ġerarkikament issepara l-prestazzjoni tal-kompiti tiegħu bħala depożitarju mill-kompiti l-oħra tiegħu li potenzjalment joħolqu kunflitt, u sakemm il-kunflitti ta' interess potenzjali jkunu ġew identifikati, immaniġġjati, immonitorjati u ddivulgati kif xieraq lill-membri u lill-benefiċjarji tal-iskema u lill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-IORP.
Artikolu 33 8.
Fejn ma jinħatar l-ebda depożitarju, l-IORPs għandhom jagħmlu arranġamenti biex jipprevjenu u jsolvu kwalunkwe kunflitt ta' interess li jinqala' matul il-kompiti li normalment jitwettqu minn depożitarju jew minn maniġer tal-assi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.