+Artikolu 34 Kustodja tal-assi u r-reponsabbiltà tad-depożitarju
---+Artikolu 34 1.
---+Artikolu 34 2.
---+Artikolu 34 3.
---+Artikolu 34 4.
---+Artikolu 34 5.
|
Artikolu 34 Kustodja tal-assi u r-reponsabbiltà tad-depożitarju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1.
|
Fejn l-assi ta' IORP relatati ma' skema ta' pensjoni li tikkonsisti fi strumenti finanzjarji li jistgħu jinżammu f'kustodja, jiġu fdati lil depożitarju għall-kustodja tagħhom, id-depożitarju għandu jżomm f'kustodja l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu jkunu rreġistrati f'kont tal-istrumenti finanzjarji li jkun infetaħ fil-kotba tad-depożitarju u l-istrumenti finanzjarji kollha li jistgħu fiżikament jintbagħtu lid-depożitarju. Għal dawk il-finijiet, id-depożitarju għandu jiżgura li l-istrumenti finanzjarji li jistgħu jiġu rreġistrati f'kont tal-istrumenti finanzjarji li jkun infetaħ fil-kotba tad-depożitarju, jiġu rreġistrati fil-kotba tad-depożitarju f'kontijiet segregati, f'konformità mar-regoli stipulati fid-Direttiva 2014/65/UE u jinfetħu f'isem l-IORP, sabiex f'kull ħin, ikunu jistgħu jiġu faċilment identifikati bħala li jappartjenu lill-IORP jew lill-membri u l-benefiċjarji tal-iskema ta' pensjoni.
|
|
Artikolu 34 2.
|
Fejn l-assi ta' IORP relatati ma' skema ta' pensjoni jikkonsistu f'assi oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1, id-depożitarju għandu jivverifika li l-IORP tkun is-sid tal-assi u għandu jżomm rekord ta' dawk l-assi. Il-verifika għandha titwettaq abbażi tal-informazzjoni jew tad-dokumenti pprovduti mill-IORP u, meta tkun disponibbli, abbażi ta' evidenza esterna. Id-depożitarju għandu jżomm ir-rekord tiegħu aġġornat.
|
|
Artikolu 34 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li depożitarju jkun responsabbli fil-konfront tal-IORP u tal-membri u l-benefiċjarji, għal kwalunkwe telf li dawn ikunu ġarrbu minħabba nuqqas inġustifikabbli min-naħa tiegħu li jwettaq l-obbligi tiegħu jew minħabba li jkun wettaqhom b'mod mhux xieraq.
|
|
Artikolu 34 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà tad-depożitarju, kif imsemmi fil-paragrafu 3, m'għandhiex tiġi affettwata mill-fatt li dan ikun feda l-assi kollha li jkunu fil-kustodja tiegħu, jew xi uħud minnhom, lil xi parti terza.
|
|
Artikolu 34 5.
|
Fejn ma jinħatar l-ebda depożitarju għall-kustodja tal-assi, l-IORPs għandhom tal-anqas ikunu rikjesti:
(a)
jiżguraw li l-istrumenti finanzjarji jkunu soġġetti għall-attenzjoni u l-protezzjoni dovuta;
(b)
iżommu rekords li jippermettu lill-IORPs jidentifikaw l-assi kollha f'kull ħin u mingħajr dewmien;
(c)
jieħdu l-miżuri neċessarji biex jevitaw li jkun hemm kunflitti ta' interess fir-rigward tal-kustodja tal-assi;
(d)
jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba, dwar kif ikunu qed jinżammu l-assi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|