+Artikolu 39 Rapport tal-Benefiċċji tal-Pensjoni
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.

Artikolu 39 Rapport tal-Benefiċċji tal-Pensjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 39 1.

Ir-Rapport tal-Benefiċċji tal-Pensjoni għandu jinkludi mill-anqas, din l-informazzjoni essenzjali li ġejja għall-membri:

(a) 

id-dettalji personali tal-membru, inkluża indikazzjoni ċara tal-età statutorja tal-irtirar, l-età tal-irtirar stabbilita fl-iskema ta' pensjoni jew stmata mill-IORP jew l-età tal-irtirar stabbilita mill-membru, kif applikabbli;

(b) 

l-isem tal-IORP u l-indirizz ta' kuntatt tagħha u l-identifikazzjoni tal-iskema ta' pensjoni tal-membru;

(c) 

fejn ikun applikabbli, informazzjoni dwar garanziji sħaħ jew parzjali skont l-iskema ta' pensjoni u jekk rilevanti, fejn tista' tinstab aktar informazzjoni;

(d) 

informazzjoni dwar il-previżjonijiet tal-benefiċċji tal-pensjoni bbażati fuq l-età tal-irtirar kif speċifikat fil-punt (a), u dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà li dawk il-previżjonijiet jistgħu jvarjaw mill-valur finali tal-benefiċċji rċevuti. Jekk il-previżjonijiet tal-benefiċċji tal-pensjoni jkunu bbażati fuq xenarji ekonomiċi, dik l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll xenarju tal-aħjar stima u xenarju mhux favorevoli, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-iskema ta' pensjoni;

(e) 

informazzjoni dwar l-intitolamenti dovuti jew il-kapital akkumulat, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-iskema ta' pensjoni;

(f) 

informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-impriża sponsor u mill-membru fl-iskema ta' pensjoni, għall-anqas matul l-aħħar tnax-il xahar, b'kunsiderazzjoni tan-natura speċifika tal-iskema ta' pensjoni;

(g) 

analiżi tal-ispejjeż imnaqqsa mill-IORP għall-anqas matul l-aħħar tnax-il xahar;

(h) 

informazzjoni dwar il-livell ta' finanzjament tal-iskema ta' pensjoni kollha kemm hi.

Artikolu 39 2.
F'konformità mal-Artikolu 60, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-aħjar prattiki fir-rigward tal-format u l-kontenut tar-Rapport tal-Benefiċċji tal-Pensjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.