|
+Artikolu 39 1. |
Artikolu 39 1.Ir-Rapport tal-Benefiċċji tal-Pensjoni għandu jinkludi mill-anqas, din l-informazzjoni essenzjali li ġejja għall-membri:
(a)
id-dettalji personali tal-membru, inkluża indikazzjoni ċara tal-età statutorja tal-irtirar, l-età tal-irtirar stabbilita fl-iskema ta' pensjoni jew stmata mill-IORP jew l-età tal-irtirar stabbilita mill-membru, kif applikabbli;
(b)
l-isem tal-IORP u l-indirizz ta' kuntatt tagħha u l-identifikazzjoni tal-iskema ta' pensjoni tal-membru;
(c)
fejn ikun applikabbli, informazzjoni dwar garanziji sħaħ jew parzjali skont l-iskema ta' pensjoni u jekk rilevanti, fejn tista' tinstab aktar informazzjoni;
(d)
informazzjoni dwar il-previżjonijiet tal-benefiċċji tal-pensjoni bbażati fuq l-età tal-irtirar kif speċifikat fil-punt (a), u dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà li dawk il-previżjonijiet jistgħu jvarjaw mill-valur finali tal-benefiċċji rċevuti. Jekk il-previżjonijiet tal-benefiċċji tal-pensjoni jkunu bbażati fuq xenarji ekonomiċi, dik l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll xenarju tal-aħjar stima u xenarju mhux favorevoli, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-iskema ta' pensjoni;
(e)
informazzjoni dwar l-intitolamenti dovuti jew il-kapital akkumulat, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-iskema ta' pensjoni;
(f)
informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-impriża sponsor u mill-membru fl-iskema ta' pensjoni, għall-anqas matul l-aħħar tnax-il xahar, b'kunsiderazzjoni tan-natura speċifika tal-iskema ta' pensjoni;
(g)
analiżi tal-ispejjeż imnaqqsa mill-IORP għall-anqas matul l-aħħar tnax-il xahar;
(h)
informazzjoni dwar il-livell ta' finanzjament tal-iskema ta' pensjoni kollha kemm hi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|