+Artikolu 41 Informazzjoni li għandha tingħata lill-membri prospettivi
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 41 3.

Artikolu 41 Informazzjoni li għandha tingħata lill-membri prospettivi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 41 1.

L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-IORPs jiżguraw li l-membri prospettivi li ma jkunux awtomatikament irreġistrati fi skema ta' pensjoni jkunu infurmati, qabel ma jissieħbu ma' dik l-iskema ta' pensjoni, dwar:

(a) 

kwalunkwe opzjoni rilevanti disponibbli għalihom inklużi l-opzjonijiet ta' investiment;

(b) 

il-karatteristiċi rilevanti tal-iskema ta' pensjoni, inkluż it-tip ta' benefiċċji;

(c) 

informazzjoni dwar jekk u kif jitqiesu l-fatturi ambjentali, klimatiċi, soċjali u tal-governanza korporattiva fl-approċċ tal-investiment; u

(d) 

fejn hija disponibbli informazzjoni ulterjuri.

Artikolu 41 2.
Fejn il-membri jġorru riskju ta' investiment jew jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment, membri prospettivi għandhom jingħataw l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-passat ta' investimenti relatati mal-iskema ta' pensjoni għal mhux inqas minn ħames snin, jew għas-snin kollha li l-iskema tkun ilha topera meta t-tul ta' żmien ikun inqas minn ħames snin u informazzjoni dwar l-istruttura tal-ispejjeż imġarrba mill-membri u mill-benefiċjarji.
Artikolu 41 3.

L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-IORPs jiżguraw li l-membri prospettivi li huma awtomatikament rreġistrati fi skema ta' pensjoni jkunu, wara r-reġistrazzjoni tagħhom, immedjatament informati dwar:

(a) 

kwalunkwe opzjoni disponibbli għalihom, inklużi l-opzjonijiet ta' investiment;

(b) 

il-karatteristiċi rilevanti tal-iskema ta' pensjoni, inkluż it-tip ta' benefiċċji;

(c) 

informazzjoni dwar jekk u kif jitqiesu l-fatturi ambjentali, klimatiċi, soċjali u ta' governanza korporattiva fl-approċċ ta' investiment; u

(d) 

fejn hija disponibbli informazzjoni ulterjuri:

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.