+Artikolu 48 Setgħat ta' intervent u dmirijiet tal-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.
---+Artikolu 48 4.
---+Artikolu 48 5.
---+Artikolu 48 6.
---+Artikolu 48 7.
---+Artikolu 48 8.
---+Artikolu 48 9.

Artikolu 48 Setgħat ta' intervent u dmirijiet tal-awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 48 1.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżiġu li kull IORP irreġistrata jew awtorizzata li tinsab fit-territorji tagħhom ikollha proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi u mekkaniżmi adegwati ta' kontroll intern.
Artikolu 48 2.
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra applikabbli għall-ksur kollu tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri l-oħra tagħhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 48 3.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi skont din id-Direttiva għal ksur li huwa soġġett għal sanzjonijiet kriminali skont il-liġi nazzjonali tagħhom. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt kriminali.
Artikolu 48 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw kwalunkwe sanzjoni amministrattiva jew miżura oħra li tkun ġiet imposta għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw ta' din id-Direttiva, u kontra liema ma jkun sar l-ebda appell fil-ħin, inkluża informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur, kif ukoll l-identità tal-persuni responsabbli għalih. Madankollu, fejn il-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuni ġuridiċi, jew l-identità jew id-dejta personali tal-persuni fiżiċi, titqies bħala sproporzjonata mill-awtorità kompetenti wara li ssir valutazzjoni ta' kull każ individwali dwar il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta' tali dejta, jew fejn il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni li tkun għaddejja, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li tipposponi l-pubblikazzjoni, li ma tippubblikax, jew li tippubblika s-sanzjonijiet b'mod anonimu.
Artikolu 48 5.
Kwalunkwe deċiżjoni li tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-attivitajiet ta' IORP għandu jkun fiha raġunijiet dettaljati u tkun notifikata lill-IORP ikkonċernata. Dik id-deċiżjoni għandha tkun notifikata wkoll lill-EIOPA, li għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti kollha fil-każ ta' attività transfruntiera kif imsemmi fl-Artikolu 11.
Artikolu 48 6.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-disponiment bla ħlas tal-assi tal-IORP meta, b'mod partikolari:

(a) 

l-IORP tkun naqset li tistabbilixxi provvedimenti tekniċi suffiċjenti fir-rigward tan-negozju kollu kemm hu jew ma jkollhiex biżżejjed assi biex tkopri l-provvedimenti tekniċi;

(b) 

l-IORP tkun naqset milli żżomm il-fondi proprji regolatorji.

Artikolu 48 7.
Sabiex jissalvagwardjaw l-interessi tal-membri u l-benefiċjarji, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jittrasferixxu s-setgħat li l-persuni li jmexxu l-IORP irreġistrata jew awtorizzata li tinsab fit-territorji tagħhom ikollhom skont il-liġi tal-Istat Membru ta' domiċilju, kollha kemm huma jew parti minnhom, lil rappreżentanti speċjali li jkunu kapaċi jeżerċitaw dawk is-setgħat.
Artikolu 48 8.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-attivitajiet ta' IORP irreġistrata jew awtorizzata li tinsab fit-territorji tagħhom b'mod partikolari jekk:

(a) 

l-IORP tonqos milli tipproteġi b'mod adegwat l-interessi tal-membri u l-benefiċjarji tal-iskema;

(b) 

l-IORP ma tissodisfax aktar il-kundizzjonijiet ta' operazzjoni;

(c) 

l-IORP tonqos serjament fl-obbligi tagħha taħt ir-regoli li għalihom tkun soġġetta;

(d) 

fil-każ ta' attività transfruntiera, l-IORP ma tirrispettax ir-rekwiżiti tal-liġi soċjali u tax-xogħol tal-Istat Membru ospitanti, rilevanti fil-qasam tal-iskemi ta' pensjoni okkupazzjonali.

Artikolu 48 9.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta' IORP taħt liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont din id-Direttiva jkunu soġġetti għal dritt ta' appell quddiem il-qrati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.