+Artikolu 55 Skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet
---+Artikolu 55 1.
---+Artikolu 55 2.
---+Artikolu 55 3.
|
Artikolu 55 Skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 55 1.
|
L-Artikoli 52 u 53 m'għandhom jipprekludu l-ebda element minn dawn li ġejjin:
(a)
l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-istess Stat Membru, fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom;
(b)
l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri differenti, fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom;
(c)
l-iskambju ta' informazzjoni, bejn l-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom, u kwalunkwe waħda minn dawn il-partijiet litkun tinsab fl-istess Stat Membru:
(i)
l-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni ta' entitajiet tas-settur finanzjarju u ta' organizzazzjonijiet finanzjarji oħrajn u l-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;
(ii)
l-awtoritajiet jew il-korpi inkarigati bir-responsabbiltà taż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu tar-regoli makroprudenzjali;
(iii)
il-korpi involuti fl-istralċ ta' skema ta' pensjoni u fi proċeduri oħrajn simili;
(iv)
il-korpi jew l-awtoritajiet ta' riorganizzazzjoni li jkollhom l-għan li jipproteġu l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja;
(v)
il-persuni responsabbli mit-twettiq ta' awditi statutorji tal-kontijiet ta' IORPs, impriżi ta' assigurazzjoni u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn.
(d)
id-divulgazzjoni, lill-korpi li jamministraw l-istralċ ta' skema ta' pensjoni, tal-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq ta' dmirijiethom.
|
|
Artikolu 55 2.
|
L-informazzjoni rċevuta mill-awtoritajiet, il-korpi u l-persuni msemmija fil-paragrafu 1, għandha tkun soġġetta għar-regoli dwar is-segretezza professjonali stipulati fl-Artikolu 52.
|
|
Artikolu 55 3.
|
L-Artikoli 52 u 53 m'għandhomx jipprekludu lill-Istati Membri milli jawtorizzaw skambji ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
l-awtoritajiet responsabbli mis-sorveljanza tal-korpi involuti fl-istralċ ta' skemi ta' pensjoni u fi proċeduri oħrajn simili;
(b)
l-awtoritajiet responsabbli mis-sorveljanza ta' persuni inkarigati mit-twettiq ta' awditi statutorji tal-kontijiet tal-IORPs, tal-impriżi ta' assigurazzjoni u ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn;
(c)
attwarji independenti ta' IORPs li jwettqu superviżjoni ta' dawn l-IORPs u l-korpi responsabbli mis-sorveljanza ta' dawn l-attwarji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|