+Artikolu 6 Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ PEPP
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.
---+Artikolu 6 6.

Artikolu 6 Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ PEPP

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.

L-impriżi finanzjarji li ġejjin biss li huma awtorizzati jew irreġistrati taħt il-liġi tal-Unjoni jistgħu japplikaw għal reġistrazzjoni ta’ PEPP:

(a) 

istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(b) 

impriżi tal-assigurazzjoni awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), involuti fl-assigurazzjoni tal-ħajja diretta skont l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2009/138/KE u l-Anness II ta’ dik id-Direttiva;

(c) 

l-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) awtorizzati jew irreġistrati skont id-Direttiva (UE) 2016/2341 li, skont il-liġi nazzjonali, huma awtorizzati u ssorveljati sabiex jipprovdu wkoll prodotti tal-pensjoni personali. F’dak il-każ, l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha korrispondenti għall-forniment tal-PEPP għandhom ikunu separati, mingħajr il-possibbiltà li jiġu trasferiti għan-negozju l-ieħor ta’ provvista għall-irtirar tal-istituzzjoni;

(d) 

ditti tal-investiment awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2014/65/UE, li jipprovdu l-ġestjoni tal-portafolli;

(e) 

kumpaniji ta’ investiment jew kumpaniji ta’ ġestjoni awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE

(f) 

maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFM tal-UE) awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2011/61/UE.

Artikolu 6 2.

L-impriżi finanzjarji elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għal reġistrazzjoni ta’ PEPP lill-awtorità kompetenti tagħhom. L-applikazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

(a) 

il-klawżoli standard tal-kuntratt, tal-kuntratt tal-PEPP li se jiġu proposti lill-faddala tal-PEPP, kif imsemmi fl-Artikolu 4;

(b) 

informazzjoni dwar l-identità tal-applikant;

(c) 

informazzjoni dwar l-arranġamenti dwar il-portafoll kif ukoll l-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-PEPP, inklużi l-arranġamenti kif imsemmija fl-Artikoli 19(2), 42(5) u 49(3);

(d) 

lista tal-Istati Membri fejn il-fornitur tal-PEPP applikant biħsiebu jqiegħed il-PEPP fis-suq, fejn applikabbli;

(e) 

informazzjoni dwar l-identità tad-depożitarju, fejn applikabbli;

(f) 

tagħrif ewlieni tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 26;

(g) 

lista ta’ Stati Membri li għalihom il-fornitur tal-PEPP applikant ikun jista’ jiżgura l-ftuħ immedjat ta’ subkont.

Artikolu 6 3.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tkunx kompluta fi żmien 15-il jum tax-xogħol mill-irċevuta tal-applikazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu limitu ta’ żmien li fih l-applikant għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali, jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta. Wara li l-applikazzjoni titqies kompluta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant b’dan.

Artikolu 6 4.
Fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni kompluta skont il-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjoni għar-reġistrazzjoni ta’ PEPP biss jekk l-applikant ikun eliġibbli biex jipprovdi PEPPs skont il-paragrafu 1 u jekk l-informazzjoni u d-dokumenti sottomessi fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 6 5.
Fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mit-teħid ta’ deċiżjoni għar-reġistrazzjoni tal-PEPP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-EIOPA d-deċiżjoni kif ukoll l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-punti (a), (b), (d), (f) u (g) tal-paragrafu 2 u għandhom jinfurmaw lill-fornitur tal-PEPP applikant kif xieraq.

L-EIOPA ma għandhiex tkun responsabbli jew tinżamm responsabbli għal deċiżjoni għal reġistrazzjoni meħuda minn awtoritajiet kompetenti.

Meta l-awtoritajiet kompetenti jirrifjutaw li jagħtu reġistrazzjoni, huma għandhom joħorġu deċiżjoni motivata li għandha tkun soġġetta għal dritt għal appell.

Artikolu 6 6.
F’każ li jkun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fi Stat Membru għal tip speċifiku ta’ impriża finanzjarja kif imsemmi fil-paragrafu 1, dak l-Istat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda għal kull tip ta’ impriża finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 li tkun responsabbli għall-proċedura ta’ reġistrazzjoni u għall-komunikazzjoni mal-EIOPA.

Kwalunkwe modifika sussegwenti għall-informazzjoni u d-dokumenti pprovduti fl-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi notifikata immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti. Fejn modifiki jkunu fir-rigward tal-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-punti (a), (b), (d), (f) u (g) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw dawk il-modifiki lill-EIOPA mingħajr dewmien żejjed.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.