+Artikolu 16 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.

Artikolu 16 Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkollhom raġuni li jqisu li PEPP huwa ddistribwit fit-territorju tiegħu jew li subkont għal dak l-Istat Membru jkun infetaħ bi ksur ta’ kwalunkwe obbligu li jirriżulta mir-regoli applikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 3, huma għandhom jirreferu s-sejbiet tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-fornitur tal-PEPP jew tad-distributur tal-PEPP.
Artikolu 16 2.
Wara li jivvalutaw l-informazzjoni li jirċievu skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom, fejn applikabbli, jieħdu l-miżuri xierqa mingħajr dewmien biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni. Għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar kull tali miżura.
Artikolu 16 3.
Meta l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jirriżultaw li mhumiex adegwati jew huma neqsin, u l-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP ikompli jiddistribwixxi l-PEPP b’mod li huwa ta’ detriment b’mod ċar għall-interessi tal-faddala tal-PEPP tal-Istat Membru ospitanti jew għall-funzjonament ordnat tas-suq għal prodotti tal-pensjoni personali f’dak l-Istat Membru, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, wara li jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu irregolaritajiet ulterjuri, inkluż, sa fejn ikun strettament meħtieġ, il-prevenzjoni li l-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP ikompli d-distribuzzjoni tal-PEPPs fit-territorju tagħhom.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-EIOPA u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 16 4.
Il-paragrafi 1 sa 3 ma għandhomx jaffettwaw is-setgħa tal-Istat Membru ospitanti li jieħu miżuri xierqa u mhux diskriminatorji biex jipprevjeni jew jippenalizza irregolaritajiet imwettqa fit-territorju tiegħu, f’sitwazzjonijiet fejn azzjoni immedjata tkun strettament meħtieġa sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-konsumaturi fl-Istat Membru ospitanti, u fejn miżuri ekwivalenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jkunux adegwati jew ikunu nieqsa, jew f’każijiet fejn l-irregolaritajiet ikunu kuntrarji għal dispożizzjonijiet legali nazzjonali li jipproteġu l-ġid ġenerali, sa fejn ikun strettament meħtieġ. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-Istati Membri ospitanti għandhom ikollhom il-possibbiltà li jipprevjenu lill-fornitur tal-PEPP jew lid-distributur tal-PEPP milli jwettqu negozju ġdid fit-territorju tagħhom.
Artikolu 16 5.
Kwalunkwe miżura adottata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti skont dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata lill-fornitur tal-PEPP jew lid-distributur tal-PEPP f’dokument motivat tajjeb u nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mingħajr dewmien żejjed.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.