+Artikolu 20 Ftuħ ta’ subkont ġdid
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
---+Artikolu 20 5.
---+Artikolu 20 6.
|
Artikolu 20 Ftuħ ta’ subkont ġdid
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
Minnufih wara li jiġi informat dwar il-bidla tar-residenza tal-faddal tal-PEPP għal Stat Membru ieħor, il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar il-possibbiltà li jiftaħ subkont ġdid fi ħdan il-kont tal-faddal tal-PEPP u dwar il-perjodu ta’ żmien li fih jista’ jinfetaħ tali subkont. F’dak il-każ, il-fornitur tal-PEPP għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP mingħajr ħlas il-KID tal-PEPP, li jkun fih ir-rekwiżiti speċifiċi msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 28(3) għas-subkont li jikkorrispondi għall-Istat Membru ġdid ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP. F’każ li ma jkunx hemm disponibbli subkont ġdid, il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar id-dritt li jaqleb mingħajr dewmien u mingħajr ħlas u dwar il-possibbiltà li jkompli jfaddal fl-aħħar subkont miftuħ.
|
|
Artikolu 20 2.
|
Jekk il-faddal tal-PEPP ikun beħsiebu jagħmel użu mill-possibbiltà li jiftaħ subkont, il-faddal tal-PEPP għandu jinforma lill-fornitur tal-PEPP, b’dan li ġej:
(a)
l-Istat Membru tar-residenza l-ġdid tal-faddal tal-PEPP;
(b)
id-data li minnha jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet jiġu indirizzati lis-subkont il-ġdid;
(c)
kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar kundizzjonijiet oħra għall-PEPP.
|
|
Artikolu 20 3.
|
Il-faddal tal-PEPP jista’ jkompli jikkontribwixxi għall-aħħar subkont miftuħ.
|
|
Artikolu 20 4.
|
Il-fornitur tal-PEPP għandu joffri li jipprovdi lill-faddal tal-PEPP rakkomandazzjoni personalizzata li tispjega jekk il-ftuħ ta’ subkont ġdid fil-kont tal-PEPP tal-faddal tal-PEPP u li jsiru kontribuzzjonijiet għas-subkont il-ġdid ikunx aktar favorevoli milli jkompli jikkontribwixxi għall-aħħar subkont li nfetaħ.
|
|
Artikolu 20 5.
|
Meta l-fornitur tal-PEPP ma jkunx jista’ jiżgura l-ftuħ ta’ subkont ġdid li jikkorrispondi mal-Istat Membru ġdid ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP, il-faddal tal-PEPP għandu skont l-għażla tiegħu jkun kapaċi:
(a)
jibdel il-fornitur tal-PEPP mingħajr dewmien u mingħajr ħlas minkejja r-rekwiżiti tal-Artikolu 52(3) dwar il-frekwenza tal-bdil; jew
(b)
ikompli jikkontribwixxi għall-aħħar subkont li nfetaħ.
|
|
Artikolu 20 6.
|
Is-subkont il-ġdid għandu jinfetaħ billi jiġi emendat il-kuntratt PEPP eżistenti, bejn il-faddal tal-PEPP u l-fornitur tal-PEPP, f’konformità mad-dritt kuntrattwali applikabbli. Id-data tal-ftuħ għandha tiġi ddefinita fil-kuntratt.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|