+Artikolu 21 Għoti ta’ informazzjoni dwar il-portabilità lill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.
|
Artikolu 21 Għoti ta’ informazzjoni dwar il-portabilità lill-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
Il-fornitur tal-PEPP li jixtieq jiftaħ subkont ġdid għal Stat Membru ospitanti għall-ewwel darba għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.
|
|
Artikolu 21 2.
|
Il-fornitur tal-PEPP għandu jinkludi fin-notifika l-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin:
(a)
it-termini kuntrattwali standard tal-kuntratt tal-PEPP kif imsemmi fl-Artikolu 4, inkluż l-anness għas-subkont il-ġdid;
(b)
il-KID tal-PEPP, li jkun fih ir-rekwiżiti speċifiċi għas-subkont li jikkorrispondi għas-subkont il-ġdid skont il-punt (g) tal-Artikolu 28(3);
(c)
id-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċji tal-PEPP msemmija fl-Artikolu 36;
(d)
informazzjoni dwar arranġamenti kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 19(2), fejn applikabbli.
|
|
Artikolu 21 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jivverifikaw jekk id-dokumentazzjoni pprovduta hijiex kompluta u jibagħtuha fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu d-dokumentazzjoni kompleta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
|
|
Artikolu 21 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom mingħajr dewmien jirrikonoxxu li rċevew l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 21 5.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mbagħad għandhom jinfurmaw lill-fornitur tal-PEPP li l-informazzjoni waslet għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u li l-fornitur tal-PEPP jista’ jiftaħ subkont għal dak l-Istat Membru. Fin-nuqqas ta’ konferma tar-riċevuta kif imsemmi fil-paragrafu 4 fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tat-trażmissjoni tad-dokumentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinfurmaw lill-fornitur tal-PEPP li s-subkont għal dak l-Istat Membru jista’ jinfetaħ.
|
|
Artikolu 21 6.
|
F’każ ta’ bidla fi kwalunkwe informazzjoni jew dokumenti imsemmija fil-paragrafu 2, il-fornitur tal-PEPP għandu jinnotifika dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-inqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar il-bidla malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn xahar mill-wasla tan-notifika.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|