|
+Artikolu 24 Distribuzzjoni elettronika u mezzi oħra li jservu għal żmien twil |
Artikolu 24 Distribuzzjoni elettronika u mezzi oħra li jservu għal żmien twilArtikolu 24 Distribuzzjoni elettronika u mezzi oħra li jservu għal żmien twil Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu d-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija f’dan il-Kapitolu mingħajr ħlas lill-klijenti tal-PEPP b’mod elettroniku, dment li l-klijent tal-PEPP ikun jista’ jaħżen tali informazzjoni b’mod aċċessibbli għal referenza fil-futur u għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li l-għodda tippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna. Fuq talba, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu dawk id-dokumenti u l-informazzjoni b’xejn fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil ukoll, inkluż fuq il-karta. Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jinfurmaw lill-klijenti tal-PEPP dwar id-dritt tagħhom li jitolbu kopja ta’ dawk id-dokumenti fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil, inkluż il-karta, mingħajr ħlas. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|