+Artikolu 28 Kontenut tal-KID tal-PEPP
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.
|
Artikolu 28 Kontenut tal-KID tal-PEPP
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
It-titolu “Dokument bit-Tagħrif Ewlieni tal-PEPP” għandu jkun jidher b’mod prominenti fin-naħa ta’ fuq tal-ewwel paġna tal-KID tal-PEPP. Il-KID tal-PEPP għandu jiġi ppreżentat fis-sekwenza stipulata fil-paragrafi 2 u 3.
|
|
Artikolu 28 2.
|
Direttament taħt it-titlu għandha tidher dikjarazzjoni ta’ spjegazzjoni. Din għandha taqra:
“Dan id-dokument jipprovdilek informazzjoni ewlenija dwar dan il-Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP). Dan mhuwiex materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni. L-informazzjoni hija meħtieġa bil-liġi biex tgħinek tifhem in-natura, ir-riskji, il-kostijiet, il-gwadanji u t-telf potenzjali ta’ dan il-prodott tal-pensjoni personali u biex tgħinek tqabblu ma’ prodotti oħrajn”.
|
|
Artikolu 28 3.
|
Il-KID tal-PEPP għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a)
fil-bidu tad-dokument: l-isem tal-PEPP, jekk huwiex PEPP Bażiku jew le, l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur tal-PEPP, informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tal-fornitur tal-PEPP, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-PEPP fir-reġistru pubbliku ċentrali u d-data tad-dokument;
(b)
id-dikjarazzjoni: “Il-prodott tal-irtirar deskritt f’dan id-dokument huwa prodott fuq terminu twil b’tifdija limitata li ma jistax jiġi tterminat fi kwalunkwe ħin.”;
(c)
taħt taqsima bit-titolu “X’inhu dan il-prodott?”, in-natura u l-karatteristiċi ewlenin tal-PEPP, inkluż:
(i)
l-objettivi fit-tul tal-irtirar u l-mezzi biex jinkisbu, b’mod partikolari jekk l-objettivi jinkisbux permezz ta’ esponiment dirett jew indirett għall-assi ta’ investiment sottostanti, inkluża deskrizzjoni tal-istrumenti sottostanti jew tal-valuri ta’ referenza, kif ukoll speċifikazzjoni tas-swieq li fihom jinvesti l-fornitur tal-PEPP kif ukoll, spjega dwar kif jiġi ddeterminat ir-redditu;
(ii)
deskrizzjoni tat-tip ta’ faddal ta’ PEPP li għalih il-PEPP huwa intiż li jiġi kkummerċjalizzat, b’mod partikolari f’termini tal-kapaċità tal-faddal tal-PEPP li jkun jiflaħ għat-telf tal-investiment u l-orizzont tal-investiment;
(iii)
dikjarazzjoni dwar
—
jekk il-PEPP Bażiku jipprovdix garanzija fuq il-kapital jew jekk jiħux il-forma ta’ teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju konsistenti mal-objettiv li jippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital; jew
—
jekk u sa fejn kwalunkwe opzjoni alternattiva ta’ investiment, jekk applikabbli, tipprovdix garanzija jew teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju;
(iv)
deskrizzjoni tal-benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP, b’mod partikolari l-forom possibbli ta’ pagamenti u d-dritt ta’ modifika tal-forma tal-pagamenti kif imsemmi fl-Artikolu 59(1);
(v)
meta l-PEPP jkopri r-riskju bijometriku: dettalji tar-riskji koperti u tal-benefiċċji tal-assigurazzjoni, inklużi ċ-ċirkustanzi li fihom dawk il-benefiċċji jistgħu jintalbu;
(vi)
informazzjoni dwar is-servizz tal-portabilità, inkluża referenza għar-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fl-Artikolu 13 fejn tinsab informazzjoni għall-kundizzjonijiet għall-fażi ta’ akkumulazzjoni u l-fażi tad-dekumulazzjoni determinata mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikoli 47 u 57;
(vii)
dikjarazzjoni dwar il-konsegwenzi għall-faddal tal-PEPP li jirtira kmieni mill-PEPP, inklużi t-tariffi kollha applikabbli, il-penalitajiet, u t-telf possibbli tal-protezzjoni tal-kapital u vantaġġi u inċentivi possibbli oħra;
(viii)
dikjarazzjoni dwar il-konsegwenzi għall-faddal tal-PEPP jekk il-faddal tal-PEPP jieqaf jikkontribwixxi għall-PEPP;
(ix)
informazzjoni dwar is-subkontijiet disponibbli u dwar id-drittijiet tal-faddal tal-PEPP imsemmija fl-Artikolu 20(5);
(x)
informazzjoni dwar id-dritt li faddal tal-PEPP jibdel u d-dritt li jirċievi informazzjoni dwar is-servizz ta’ bdil kif imsemmi fl-Artikolu 56;
(xi)
il-kundizzjonijiet għall-modifika tal-opzjoni ta’ investiment magħżul imsemmija fl-Artikolu 44;
(xii)
informazzjoni, fejn disponibbli, relatata mal-prestazzjoni tal-investimenti tal-fornitur tal-PEPP f’termini tal-fatturi ESG;
(xiii)
il-liġi applikabbli għall-kuntratt tal-PEPP meta l-partijiet ma jkollhomx għażla libera tal-liġi jew, meta l-partijiet ikunu liberi li jagħżlu l-liġi applikabbli, il-liġi li l-fornitur tal-PEPP jipproponi li tingħażel.
(xiv)
fejn applikabbli, jekk hemmx żmien biex wieħed jerġa’ jaħsibha jew perjodu ta’ kanċellazzjoni għall-faddal tal-PEPP;
(d)
taħt taqsima intitolata “X’inhuma r-riskji u x’nista’ niggwadanja?”, deskrizzjoni qasira tal-profil tar-riskji u l-gwadanji li tinkludi l-elementi li ġejjin:
(i)
indikatur sommarju tar-riskju, issupplementat minn spjegazzjoni narrattiva ta’ dak l-indikatur, il-limitazzjonijiet ewlenin tiegħu u spjegazzjoni narrattiva tar-riskji li huma materjalment rilevanti għall-PEPP u li mhumiex koperti b’mod adegwat mill-indikatur sommarju tar-riskju;
(ii)
it-telf massimu possibbli tal-kapital investit, inkluża informazzjoni dwar:
—
jekk il-faddal tal-PEPP jistax jitlef il-kapital investit kollu; jew
—
jekk il-faddal tal-PEPP għandux ir-riskju li jassumi impenji jew obbligi finanzjarji addizzjonali;
(iii)
xenarji tal-prestazzjoni xierqa u s-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati;
(iv)
fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet għar-redditi għall-faddala tal-PEPP jew il-limiti massimi tal-prestazzjoni inkorporati;
(v)
dikjarazzjoni li l-liġi tat-taxxa tal-Istat Membru ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP jista’ jkollha impatt fuq il-pagamenti attwali;
(e)
taħt taqsima bit-titolu “X’jiġri jekk [l-isem tal-fornitur tal-PEPP] ma jkunx jista’ jħallas?”, deskrizzjoni qasira ta’ jekk it-telf relatat huwiex kopert minn skema ta’ kumpens jew ta’ garanzija mill-investitur u jekk iva, liema skema hija, l-isem tal-garanti u liema riskji huma koperti mill-iskema u liema mhumiex;
(f)
taħt taqsima bit-titolu “X’inhuma l-kostijiet?”, il-kostijiet assoċjati ma’ investiment fil-PEPP, li jinkludu kemm il-kostijiet diretti kif ukoll dawk indiretti li għandhom jitħallsu mill-faddal tal-PEPP, inklużi l-kostijiet ta’ darba u dawk rikorrenti, ippreżentati permezz ta’ indikaturi sommarji ta’ dawn il-kostijiet u, sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà, il-kostijiet aggregati totali espressi f’termini monetarji u perċentwali sabiex jintwerew l-effetti komposti tal-kostijiet totali fuq l-investiment.
Il-KID tal-PEPP għandu jinkludi indikazzjoni ċara li l-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandhom jipprovdu l-informazzjoni li tispjega fid-dettall kwalunkwe kost tad-distribuzzjoni li mhijiex diġà inkluża fil-kostijiet speċifikati hawn fuq, sabiex il-faddala tal-PEPP jkunu jistgħu jifhmu l-effett kumulattiv li dawk il-kostijiet aggregati għandhom fuq ir-redditu tal-investiment;
(g)
taħt taqsima intitolata “X’inhuma r-rekwiżiti speċifiċi għas-subkont li jikkorrispondu għal [l-Istat Membru ta’ residenza tiegħi]?”:
(i)
taħt subtaqsima intitolata: “Rekwiżiti għall-fażi ta’ pagamenti riċevuti”:
deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet għall-fażi ta’ akkumulazzjoni, kif determinat mill-Istat Membru ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP skont l-Artikolu 47;
(ii)
taħt subtaqsima intitolata: “Rekwiżiti għall-fażi ta’ pagamenti maħruġa”:
deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet għall-fażi ta’ dekumulazzjoni, kif determinat mill-Istat Membru ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP skont l-Artikolu 57;
(h)
taħt taqsima bit-titolu “Kif nista’ nressaq ilment?”: informazzjoni dwar kif u lil min faddal tal-PEPP jista’ jressaq ilment dwar PEPP jew l-imġiba tal-fornitur tal-PEPP jew tad-distributur tal-PEPP;
|
|
Artikolu 28 4.
|
It-tqassim tal-informazzjoni f’livelli meħtieġa skont il-paragrafu 3 għandhom ikunu permessi meta l-KID tal-PEPP jiġi pprovdut f’format elettroniku, fejn partijiet dettaljati tal-informazzjoni jistgħu jiġu ppreżentati permezz ta’ pop-ups jew links għal-livelli li jakkumpanjawhom. F’dan il-każ, għandu jkun possibbli li l-KID tal-PEPP jiġi stampat bħala dokument uniku.
|
|
Artikolu 28 5.
|
Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha, wara li tikkonsulta lill-ESAs, u wara li twettaq testijiet tal-konsumatur u testijiet tal-industrija, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:
(a)
id-dettalji tal-preżentazzjoni, inklużi l-forma u t-tul tad-dokument, u l-kontenut ta’ kull wieħed mill-elementi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3;
(b)
il-metodoloġija li hi l-bażi tal-preżentazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji kif imsemmi fil-punti (d)(i) u (iii) tal-paragrafu 3;
(c)
il-metodoloġija għall-kalkolu tal-kostijiet, inkluża l-ispeċifikazzjoni tal-indikaturi sommarji, kif imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 3.
(d)
meta l-informazzjoni tiġi ppreżentata f’format elettroniku f’livelli ta’ informazzjoni, liema informazzjoni għandha tkun fl-ewwel livell, u liema informazzjoni tista’ tiġi pprovduta fil-livelli addizzjonali ta’ dettall.
Meta tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-EIOPA għandha tqis id-diversi tipi possibbli ta’ PEPPs, in-natura fit-tul tal-PEPP, il-kapaċitajiet tal-faddala tal-PEPP kif ukoll il-karatteristiċi tal-PEPPs sabiex tippermetti li l-faddal tal-PEPP jiddeċiedi bejn opzjonijiet differenti ta’ investiment u tipi oħra ta’ opzjonijiet previsti mill-PEPP, inkluż fejn dik l-għażla tista’ ssir f’punti ta’ żmien differenti, jew inkella tinbidel fil-ġejjieni. L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|