|
+Artikolu 28 3. |
Artikolu 28 3.Il-KID tal-PEPP għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:
(a)
fil-bidu tad-dokument: l-isem tal-PEPP, jekk huwiex PEPP Bażiku jew le, l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur tal-PEPP, informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tal-fornitur tal-PEPP, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-PEPP fir-reġistru pubbliku ċentrali u d-data tad-dokument;
(b)
id-dikjarazzjoni: “Il-prodott tal-irtirar deskritt f’dan id-dokument huwa prodott fuq terminu twil b’tifdija limitata li ma jistax jiġi tterminat fi kwalunkwe ħin.”;
(c)
taħt taqsima bit-titolu “X’inhu dan il-prodott?”, in-natura u l-karatteristiċi ewlenin tal-PEPP, inkluż:
(i)
l-objettivi fit-tul tal-irtirar u l-mezzi biex jinkisbu, b’mod partikolari jekk l-objettivi jinkisbux permezz ta’ esponiment dirett jew indirett għall-assi ta’ investiment sottostanti, inkluża deskrizzjoni tal-istrumenti sottostanti jew tal-valuri ta’ referenza, kif ukoll speċifikazzjoni tas-swieq li fihom jinvesti l-fornitur tal-PEPP kif ukoll, spjega dwar kif jiġi ddeterminat ir-redditu;
(ii)
deskrizzjoni tat-tip ta’ faddal ta’ PEPP li għalih il-PEPP huwa intiż li jiġi kkummerċjalizzat, b’mod partikolari f’termini tal-kapaċità tal-faddal tal-PEPP li jkun jiflaħ għat-telf tal-investiment u l-orizzont tal-investiment;
(iii)
dikjarazzjoni dwar
—
jekk il-PEPP Bażiku jipprovdix garanzija fuq il-kapital jew jekk jiħux il-forma ta’ teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju konsistenti mal-objettiv li jippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital; jew
—
jekk u sa fejn kwalunkwe opzjoni alternattiva ta’ investiment, jekk applikabbli, tipprovdix garanzija jew teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju;
(iv)
deskrizzjoni tal-benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP, b’mod partikolari l-forom possibbli ta’ pagamenti u d-dritt ta’ modifika tal-forma tal-pagamenti kif imsemmi fl-Artikolu 59(1);
(v)
meta l-PEPP jkopri r-riskju bijometriku: dettalji tar-riskji koperti u tal-benefiċċji tal-assigurazzjoni, inklużi ċ-ċirkustanzi li fihom dawk il-benefiċċji jistgħu jintalbu;
(vi)
informazzjoni dwar is-servizz tal-portabilità, inkluża referenza għar-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fl-Artikolu 13 fejn tinsab informazzjoni għall-kundizzjonijiet għall-fażi ta’ akkumulazzjoni u l-fażi tad-dekumulazzjoni determinata mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikoli 47 u 57;
(vii)
dikjarazzjoni dwar il-konsegwenzi għall-faddal tal-PEPP li jirtira kmieni mill-PEPP, inklużi t-tariffi kollha applikabbli, il-penalitajiet, u t-telf possibbli tal-protezzjoni tal-kapital u vantaġġi u inċentivi possibbli oħra;
(viii)
dikjarazzjoni dwar il-konsegwenzi għall-faddal tal-PEPP jekk il-faddal tal-PEPP jieqaf jikkontribwixxi għall-PEPP;
(ix)
informazzjoni dwar is-subkontijiet disponibbli u dwar id-drittijiet tal-faddal tal-PEPP imsemmija fl-Artikolu 20(5);
(x)
informazzjoni dwar id-dritt li faddal tal-PEPP jibdel u d-dritt li jirċievi informazzjoni dwar is-servizz ta’ bdil kif imsemmi fl-Artikolu 56;
(xi)
il-kundizzjonijiet għall-modifika tal-opzjoni ta’ investiment magħżul imsemmija fl-Artikolu 44;
(xii)
informazzjoni, fejn disponibbli, relatata mal-prestazzjoni tal-investimenti tal-fornitur tal-PEPP f’termini tal-fatturi ESG;
(xiii)
il-liġi applikabbli għall-kuntratt tal-PEPP meta l-partijiet ma jkollhomx għażla libera tal-liġi jew, meta l-partijiet ikunu liberi li jagħżlu l-liġi applikabbli, il-liġi li l-fornitur tal-PEPP jipproponi li tingħażel.
(xiv)
fejn applikabbli, jekk hemmx żmien biex wieħed jerġa’ jaħsibha jew perjodu ta’ kanċellazzjoni għall-faddal tal-PEPP;
(d)
taħt taqsima intitolata “X’inhuma r-riskji u x’nista’ niggwadanja?”, deskrizzjoni qasira tal-profil tar-riskji u l-gwadanji li tinkludi l-elementi li ġejjin:
(i)
indikatur sommarju tar-riskju, issupplementat minn spjegazzjoni narrattiva ta’ dak l-indikatur, il-limitazzjonijiet ewlenin tiegħu u spjegazzjoni narrattiva tar-riskji li huma materjalment rilevanti għall-PEPP u li mhumiex koperti b’mod adegwat mill-indikatur sommarju tar-riskju;
(ii)
it-telf massimu possibbli tal-kapital investit, inkluża informazzjoni dwar:
—
jekk il-faddal tal-PEPP jistax jitlef il-kapital investit kollu; jew
—
jekk il-faddal tal-PEPP għandux ir-riskju li jassumi impenji jew obbligi finanzjarji addizzjonali;
(iii)
xenarji tal-prestazzjoni xierqa u s-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati;
(iv)
fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet għar-redditi għall-faddala tal-PEPP jew il-limiti massimi tal-prestazzjoni inkorporati;
(v)
dikjarazzjoni li l-liġi tat-taxxa tal-Istat Membru ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP jista’ jkollha impatt fuq il-pagamenti attwali;
(e)
taħt taqsima bit-titolu “X’jiġri jekk [l-isem tal-fornitur tal-PEPP] ma jkunx jista’ jħallas?”, deskrizzjoni qasira ta’ jekk it-telf relatat huwiex kopert minn skema ta’ kumpens jew ta’ garanzija mill-investitur u jekk iva, liema skema hija, l-isem tal-garanti u liema riskji huma koperti mill-iskema u liema mhumiex;
(f)
taħt taqsima bit-titolu “X’inhuma l-kostijiet?”, il-kostijiet assoċjati ma’ investiment fil-PEPP, li jinkludu kemm il-kostijiet diretti kif ukoll dawk indiretti li għandhom jitħallsu mill-faddal tal-PEPP, inklużi l-kostijiet ta’ darba u dawk rikorrenti, ippreżentati permezz ta’ indikaturi sommarji ta’ dawn il-kostijiet u, sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà, il-kostijiet aggregati totali espressi f’termini monetarji u perċentwali sabiex jintwerew l-effetti komposti tal-kostijiet totali fuq l-investiment. Il-KID tal-PEPP għandu jinkludi indikazzjoni ċara li l-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandhom jipprovdu l-informazzjoni li tispjega fid-dettall kwalunkwe kost tad-distribuzzjoni li mhijiex diġà inkluża fil-kostijiet speċifikati hawn fuq, sabiex il-faddala tal-PEPP jkunu jistgħu jifhmu l-effett kumulattiv li dawk il-kostijiet aggregati għandhom fuq ir-redditu tal-investiment;
(g)
taħt taqsima intitolata “X’inhuma r-rekwiżiti speċifiċi għas-subkont li jikkorrispondu għal [l-Istat Membru ta’ residenza tiegħi]?”:
(i)
taħt subtaqsima intitolata: “Rekwiżiti għall-fażi ta’ pagamenti riċevuti”: deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet għall-fażi ta’ akkumulazzjoni, kif determinat mill-Istat Membru ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP skont l-Artikolu 47;
(ii)
taħt subtaqsima intitolata: “Rekwiżiti għall-fażi ta’ pagamenti maħruġa”: deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet għall-fażi ta’ dekumulazzjoni, kif determinat mill-Istat Membru ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP skont l-Artikolu 57;
(h)
taħt taqsima bit-titolu “Kif nista’ nressaq ilment?”: informazzjoni dwar kif u lil min faddal tal-PEPP jista’ jressaq ilment dwar PEPP jew l-imġiba tal-fornitur tal-PEPP jew tad-distributur tal-PEPP; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|