+Artikolu 35 Dispożizzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
---+Artikolu 35 6.

Artikolu 35 Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 35 1.
Il-fornituri tal-PEPP għandhom ifasslu dokument konċiż ippersonalizzat li għandu jiġi provdut matul il-fażi ta’ akkumulazzjoni li jkun fih l-informazzjoni ewlieni għal kull faddal tal-PEPP b’kunsiderazzjoni tan-natura speċifika tas-sistemi nazzjonali tal-pensjonijiet u ta’ kwalunkwe liġi, inklużi dawk soċjali, tax-xogħol u fiskali nazzjonali rilevanti (“Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP”). It-titlu tad-dokument għandu jkun fih il-kliem “Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP”.
Artikolu 35 2.
Id-data eżatta li għaliha tirreferi l-informazzjoni mniżżla fid-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għandha tiġi ddikjarata b’mod prominenti.
Artikolu 35 3.
L-informazzjoni li tinsab fid-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għandha tkun preċiża u aġġornata.
Artikolu 35 4.
Il-fornitur tal-PEPP għandu jagħmel id-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP disponibbli għal kull faddal tal-PEPP kull sena.
Artikolu 35 5.
Kwalunkwe tibdil materjali fl-informazzjoni mniżżla fid-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP meta mqabbla ma’ dik tas-sena preċedenti għandha tiġi indikata b’mod ċar.
Artikolu 35 6.

Barra d-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP, il-faddal tal-PEPP għandu jinżamm informat minnufih tul it-terminu tal-kuntratt bi kwalunkwe bidla fil-kuntratt li tikkonċerna l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

it-termini tal-kuntratt inklużi kondizzjonijiet ta’ politika ġenerali u speċjali;

(b) 

l-isem tal-fornitur tal-PEPP, il-forma ġuridika tiegħu jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tiegħu u, fejn xieraq, tal-fergħa li kkonkludiet il-kuntratt;

(c) 

informazzjoni dwar kif il-polza ta’ investiment tieħu f’kunsiderazzjoni fatturi ESG.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.