+Artikolu 40 Dispożizzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 40 1.
---+Artikolu 40 2.
---+Artikolu 40 3.
---+Artikolu 40 4.
---+Artikolu 40 5.
---+Artikolu 40 6.
---+Artikolu 40 7.
---+Artikolu 40 8.
---+Artikolu 40 9.

Artikolu 40 Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 40 1.

Il-fornituri tal-PEPP għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-informazzjoni li hi neċessarja għall-finijiet tas-superviżjoni minbarra l-informazzjoni provduta skont il-liġi settorjali rilevanti. Dik l-informazzjoni addizzjonali għandha tinkludi, fejn applikabbli, l-informazzjoni neċessarja biex jitwettqu l-attivitajiet li ġejjin meta jitwettaq proċess tar-rieżami superviżorju:

(a) 

għall-valutazzjoni tal-governanza applikata mill-fornituri tal-PEPP, in-negozju li jkunu qegħdin iwettqu, il-prinċipji ta’ valutazzjoni applikati għall-finijiet tas-solvibbiltà, ir-riskji indirizzati u s-sistemi ta’ mmaniġġjar tar-riskju, u l-istruttura kapitali, il-ħtiġijiet u l-ġestjoni tagħhom;

(b) 

biex jittieħdu d-deċiżjonijiet xierqa li jirriżultaw mit-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi superviżorji tagħhom.

Artikolu 40 2.

L-awtoritajiet kompetenti, minbarra s-setgħat mogħtija lilhom skont il-liġi nazzjonali, għandu jkollhom is-setgħat li ġejjin:

(a) 

li jiddeterminaw in-natura, l-ambitu u l-format tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li huma jeħtieġu li l-fornituri tal-PEPP jippreżentaw f’intervalli predefiniti, meta jseħħu avvenimenti predefiniti jew matul inkjesti dwar is-sitwazzjoni ta’ fornitur tal-PEPP;

(b) 

biex jiksbu mingħand il-fornituri tal-PEPP kwalunkwe informazzjoni dwar kuntratti li huma miżmuma mill-fornituri tal-PEPP jew rigward kuntratti li jidħlu fihom ma’ partijiet terzi; u

(c) 

biex jitolbu informazzjoni mingħand esperti esterni, bħal awdituri u attwarji.

Artikolu 40 3.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinkludi dan li ġej:

(a) 

elementi kwalitattivi jew kwantitattivi, jew kwalunkwe taħlita xierqa minnhom;

(b) 

elementi storiċi, attwali jew prospettivi, jew kwalunkwe taħlita xierqa minnhom;

(c) 

data minn għejun interni jew esterni, jew kwalunkwe taħlita xierqa minnhom.

Artikolu 40 4.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha:

(a) 

tirrifletti n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-fornitur tal-PEPP ikkonċernat, u b’mod partikolari r-riskji inerenti f’dak in-negozju;

(b) 

tkun aċċessibbli, sħiħa f’kull aspett materjali, kumparabbli u konsistenti matul iż-żmien;

(c) 

tkun rilevanti, affidabbli u komprensibbli.

Artikolu 40 5.

Il-fornituri tal-PEPP għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti kull sena l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

għal liema Stati Membri l-fornitur tal-PEPP joffri subkontijiet;

(b) 

l-għadd ta’ notifiki f’konformità mal-Artikolu 20(1) li waslu mill-faddala tal-PEPP li jkunu bidlu r-residenza tagħhom għal Stat Membru ieħor;

(c) 

l-għadd ta’ talbiet għall-ftuħ ta’ subkont u l-għadd ta’ subkontijiet miftuħa f’konformità mal-Artikolu 20(2);

(d) 

l-għadd ta’ talbiet mill-faddala tal-PEPP għall-qlib u t-trasferimenti reali magħmula f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 20(5);

(e) 

l-għadd ta’ talbiet mill-faddala tal-PEPP għall-qlib u t-trasferimenti reali magħmula f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 52(3);

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni rilevanti lill-EIOPA.

Artikolu 40 6.
Il-fornituri tal-PEPP għandu jkollhom sistemi u strutturi xierqa fis-seħħ biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 kif ukoll politika miktuba, approvata mill-korp maniġerjali, superviżorju jew amministrattiv tal-fornitur tal-PEPP, filwaqt li jiżguraw l-adegwatezza kontinwa tal-informazzjoni ppreżentata.
Artikolu 40 7.
Fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti u sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament, l-EIOPA għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni ppreżentata mill-fornituri tal-PEPP.
Artikolu 40 8.
Meta l-kontribuzzjonijiet tal-PEPP u l-benefiċċji tal-PEPP ikunu eliġibbli għal vantaġġi jew inċentivi, il-fornitur tal-PEPP għandu, f’konformità mal-liġi nazzjonali rilevanti, jippreżenta lill-awtorità nazzjonali rilevanti l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-forniment jew l-irkupru tat-tali vantaġġi u inċentivi riċevuti fir-rigward ta’ tali kontribuzzjonijiet u benefiċċji, fejn applikabbli.
Artikolu 40 9.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, bl-għan li tiżgura l-konverġenza sal-punt xieraq tar-rapportar superviżorju.

L-EIOPA, wara li tikkonsulta lill-ESAs l-oħra u lill-awtoritajiet kompetenti u wara l-ittestjar tal-industrija, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format tar-rapportar superviżorju.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.