+Artikolu 41 Regoli ta’ investiment
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.

Artikolu 41 Regoli ta’ investiment

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 41 1.

Il-fornituri tal-PEPP għandhom jinvestu l-assi korrispondenti għall-PEPP f’konformità mar-regola tal-“persuna prudenti” u b’mod partikolari f’konformità mar-regoli li ġejjin:

(a) 

l-assi għandhom jiġu investiti fl-aħjar interessi fuq terminu twil tal-faddala tal-PEPP inġenerali. Fil-każ ta’ kunflitt ta’ interessi potenzjali, il-fornitur tal-PEPP, jew l-entità li timmaniġġja l-portafoll tiegħu, għandhom jiżguraw li l-investiment isir fl-interess uniku tal-faddala tal-PEPP;

(b) 

fl-ambitu tar-regola tal-persuna prudenti, il-fornituri tal-PEPP għandhom iqisu r-riskji relatati mal-impatt potenzjali fit-tul tad-deċiżjonijiet ta’ investiment fuq il-fatturi ESG;

(c) 

l-assi għandhom ikunu investiti b’mod li jiġu żgurati s-sigurtà, il-kwalità, il-likwidità u l-profittabbiltà tal-portafoll kollu kemm hu;

(d) 

l-assi għandhom predominantement ikunu investiti fi swieq regolati. Investiment f’assi li mhumiex ammessi għan-negozju f’suq finanzjarju rregolat għandu jinżamm f’livelli prudenti;

(e) 

investiment fi strumenti derivattivi għandu jkun possibbli sal-limitu li dawn l-istrumenti jikkontribwixxu għal tnaqqis tar-riskji ta’ investiment jew jiffaċilita l-immaniġġjar effiċjenti tal-portafoll. Dawk l-istrumenti għandhom ikunu stmati fuq bażi prudenzjali, filwaqt li jittieħed kont tal-assi sottostanti, u inklużi fil-valwazzjoni tal-assi ta’ fornitur tal-PEPP. Il-fornituri tal-PEPP għandhom jevitaw ukoll milli kontroparti waħda u operazzjonijiet derivattivi oħra jiġu skoperti eċċessivament għar-riskji;

(f) 

l-assi għandhom ikunu ddiversifikati kif imiss b’tali mod li tiġi evitata dipendenza eċċessiva fuq xi assi partikolari, fuq l-emittent jew fuq grupp ta’ impriżi u akkumulazzjonijiet ta’ riskju fil-portafolli kollha kemm huma. Investimenti f’assi maħruġa mill-istess emittenti jew minn emittenti li jagħmlu parti mill-istess grupp ma għandhomx jesponu lill-fornitur tal-PEPP għal konċentrazzjoni eċċessiva ta’ riskji;

(g) 

l-assi ma għandhomx ikunu investiti f’ġurisdizzjoni li ma tikkooperax għal skopijiet ta’ taxxa identifikati fil-konklużjonijiet applikabbli tal-Kunsill dwar il-lista ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa, u lanqas f’pajjiż terz b’riskju għoli b’nuqqasijiet strateġiċi identifikati mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni applikabbli adottat abbażi tal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849;

(h) 

il-fornitur tal-PEPP ma għandux jiskopri lilu nnifsu u l-assi korrispondenti għall-PEPP għal riskji li jirriżultaw minn ingranaġġ eċċessiv u minn trasformazzjoni ta’ maturità eċċessiva.

Artikolu 41 2.
Ir-regoli stipulati fil-punti (a) sa (h) tal-paragrafu 1 japplikaw biss sa fejn ma jkun hemm ebda dispożizzjoni iktar strinġenti fil-liġi settorjali rilevanti applikabbli għall-fornitur tal-PEPP.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.