|
+Artikolu 41 1. |
Artikolu 41 1.Il-fornituri tal-PEPP għandhom jinvestu l-assi korrispondenti għall-PEPP f’konformità mar-regola tal-“persuna prudenti” u b’mod partikolari f’konformità mar-regoli li ġejjin:
(a)
l-assi għandhom jiġu investiti fl-aħjar interessi fuq terminu twil tal-faddala tal-PEPP inġenerali. Fil-każ ta’ kunflitt ta’ interessi potenzjali, il-fornitur tal-PEPP, jew l-entità li timmaniġġja l-portafoll tiegħu, għandhom jiżguraw li l-investiment isir fl-interess uniku tal-faddala tal-PEPP;
(b)
fl-ambitu tar-regola tal-persuna prudenti, il-fornituri tal-PEPP għandhom iqisu r-riskji relatati mal-impatt potenzjali fit-tul tad-deċiżjonijiet ta’ investiment fuq il-fatturi ESG;
(c)
l-assi għandhom ikunu investiti b’mod li jiġu żgurati s-sigurtà, il-kwalità, il-likwidità u l-profittabbiltà tal-portafoll kollu kemm hu;
(d)
l-assi għandhom predominantement ikunu investiti fi swieq regolati. Investiment f’assi li mhumiex ammessi għan-negozju f’suq finanzjarju rregolat għandu jinżamm f’livelli prudenti;
(e)
investiment fi strumenti derivattivi għandu jkun possibbli sal-limitu li dawn l-istrumenti jikkontribwixxu għal tnaqqis tar-riskji ta’ investiment jew jiffaċilita l-immaniġġjar effiċjenti tal-portafoll. Dawk l-istrumenti għandhom ikunu stmati fuq bażi prudenzjali, filwaqt li jittieħed kont tal-assi sottostanti, u inklużi fil-valwazzjoni tal-assi ta’ fornitur tal-PEPP. Il-fornituri tal-PEPP għandhom jevitaw ukoll milli kontroparti waħda u operazzjonijiet derivattivi oħra jiġu skoperti eċċessivament għar-riskji;
(f)
l-assi għandhom ikunu ddiversifikati kif imiss b’tali mod li tiġi evitata dipendenza eċċessiva fuq xi assi partikolari, fuq l-emittent jew fuq grupp ta’ impriżi u akkumulazzjonijiet ta’ riskju fil-portafolli kollha kemm huma. Investimenti f’assi maħruġa mill-istess emittenti jew minn emittenti li jagħmlu parti mill-istess grupp ma għandhomx jesponu lill-fornitur tal-PEPP għal konċentrazzjoni eċċessiva ta’ riskji;
(g)
l-assi ma għandhomx ikunu investiti f’ġurisdizzjoni li ma tikkooperax għal skopijiet ta’ taxxa identifikati fil-konklużjonijiet applikabbli tal-Kunsill dwar il-lista ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa, u lanqas f’pajjiż terz b’riskju għoli b’nuqqasijiet strateġiċi identifikati mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni applikabbli adottat abbażi tal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849;
(h)
il-fornitur tal-PEPP ma għandux jiskopri lilu nnifsu u l-assi korrispondenti għall-PEPP għal riskji li jirriżultaw minn ingranaġġ eċċessiv u minn trasformazzjoni ta’ maturità eċċessiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|