+Artikolu 45 Il-PEPP Bażiku
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
---+Artikolu 45 3.
---+Artikolu 45 4.
|
Artikolu 45 Il-PEPP Bażiku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1.
|
Il-PEPP bażiku għandu jkun prodott sikur u jirrappreżenta l-opzjoni prestabbilita ta’ investiment. Dan għandu jkun iddisinjat mill-fornituri tal-PEPP fuq il-bażi ta’ garanzija fuq il-kapital li għandu jkun dovut fil-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni u matul il-fażi ta’ dekumulazzjoni, fejn applikabbli, jew teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju konsistenti mal-objettiv li jippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital.
|
|
Artikolu 45 2.
|
Il-kostijiet u t-tariffi ġenerali għall-PEPP Bażiku m’għandhomx jaqbżu l-1 % tal-kapital akkumulat fis-sena.
|
|
Artikolu 45 3.
|
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-fornituri tal-PEPP differenti u t-tipi differenti ta’ PEPPs, l-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-tipi ta’ kostijiet u tariffi msemmija fil-paragrafu 2, wara li tikkonsulta lill-ESAs l-oħra fejn applikabbli. Meta tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-EIOPA għandha tqis id-diversi tipi possibbli ta’ PEPPs, in-natura tal-irtirar fit-tul tal-PEPP u d-diversi karatteristiċi possibbli tal-PEPPs, b’mod partikolari l-pagamenti maħruġa fil-forma ta’ annwalitajiet fit-tul jew prelevamenti annwali sa mill-inqas l-età li tikkorrispondi għall-istennija medja tal-ħajja tal-faddal tal-PEPP. L-EIOPA għandha tivvaluta wkoll in-natura pekuljari tal-protezzjoni tal-kapital b’kunsiderazzjoni speċifika għall-garanzija kapitali. L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
|
Artikolu 45 4.
|
Kull sentejn mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, wara li tkun ikkonsultat lill-EIOPA u, fejn applikabbli, lill-ASEs l-oħra, tirrevedi l-adegwatezza tal-valur perċentwali msemmi fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tqis il-livell attwali u l-bidliet fil-livell attwali tal-kostijiet u t-tariffi u l-impatt fuq id-disponibbiltà tal-PEPPs. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex temenda l-valur perċentwali msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fid-dawl tar-rieżamijiet tagħha bil-ħsieb li tippermetti aċċess xieraq għas-suq għall-fornituri tal-PEPP.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|