+Artikolu 46 Tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
|
Artikolu 46 Tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46 1.
|
L-użu tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għandu jiżgura li l-istrateġija ta’ investiment għall-PEPP titfassal b’tali mod li jinbena introjtu individwali stabbli u adegwat wara l-irtirar fil-ġejjieni mill-PEPP u jiġi żgurat trattament ġust tal-ġenerazzjonijiet kollha ta’ faddala tal-PEPP. It-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju kollha, kemm jekk applikati taħt il-PEPP Bażiku jew għall-opzjonijiet alternattivi ta’ investiment, għandhom ikunu sodi, robusti u konsistenti mal-profil tar-riskju tal-opzjoni ta’ investiment korrispondenti.
|
|
Artikolu 46 2.
|
It-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet:
(a)
għall-adattament gradwali tal-allokazzjoni tal-investiment sabiex jiġu mmitigati r-riskji finanzjarji tal-investimenti għal gruppi li jikkorrispondu għat-tul ta’ żmien li fadal (iċ-ċiklu tal-ħajja);
(b)
li jistabbilixxu riżervi minn kontribuzzjonijiet jew redditi ta’ investiment, li għandhom jiġu allokati għall-faddala tal-PEPP b’mod ġust u trasparenti, sabiex jiġi mmitigat it-telf mill-investiment; jew
(c)
biex jintużaw garanziji xierqa li jipproteġu kontra t-telf mill-investiment.
|
|
Artikolu 46 3.
|
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA, wara li tikkonsulta lill-ASEs l-oħra, u wara li twettaq l-ittestjar tal-industrija, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji minimi li t-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju jridu jissodisfaw, filwaqt li jitqiesu d-diversi tipi ta’ PEPPs u l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, kif ukoll id-diversi tipi ta’ fornituri tal-PEPP u d-differenzi bejn ir-reġim prudenzjali tagħhom. L-EIOPA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|