+Artikolu 50 Ilmenti
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.
---+Artikolu 50 3.
---+Artikolu 50 4.
---+Artikolu 50 5.
---+Artikolu 50 6.
---+Artikolu 50 7.

Artikolu 50 Ilmenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 50 1.
Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jimplimentaw u japplikaw proċeduri adegwati u effettivi għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim ippreżentati minn klijenti tal-PEPP rigward id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.
Artikolu 50 2.
Dawk il-proċeduri għandhom jiġu applikati f’kull Stat Membru fejn il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP joffri s-servizzi tiegħu u għandhom ikunu disponibbli b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti kif magħżula mill-klijent tal-PEPP, jew b’lingwa oħra jekk din tkun maqbula bejn il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP u l-klijent tal-PEPP.
Artikolu 50 3.
Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jagħmlu kull sforz possibbli biex iwieġbu, jew b’mod elettroniku jew b’mezz ieħor li jservi għal żmien twil f’konformità mal-Artikolu 24, għall-ilmenti tal-klijenti tal-PEPP. It-tweġiba għandha tindirizza l-punti kollha mqajma, fi żmien perjodu adegwat u mhux iktar tard minn fi żmien 15-il jum ta’ xogħol minn meta jkun wasal l-ilment. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, jekk it-tweġiba ma tistax tingħata fi żmien 15-il jum ta’ xogħol għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-fornitur tal-PEPP jew tad-distributur tal-PEPP, huwa għandu jkun obbligat jibgħat tweġiba proviżorja, li tindika b’mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien fl-għoti tat-tweġiba għall-ilment u tispeċifika l-iskadenza sa meta l-klijent tal-PEPP se jirċievi t-tweġiba finali. Fi kwalunkwe każ, l-iskadenza biex tiġi riċevuta t-tweġiba finali ma għandhiex taqbeż il-35 jum ta’ xogħol.
Artikolu 50 4.
Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jinformaw lill-klijent tal-PEPP dwar tal-inqas korp wieħed ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) li hi kompetenti biex tindirizza t-tilwimiet li jikkonċernaw id-drittijiet u l-obbligi tal-klijenti tal-PEPP skont dan ir-Regolament.
Artikolu 50 5.
L-informazzjoni dwar il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tissemma b’mod ċar, li jinftiehem u li hu faċilment aċċessibbli fuq is-sit web tal-fornitur tal-PEPP jew tad-distributur tal-PEPP, fil-fergħa, u fil-patti u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt bejn il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP u l-klijent tal-PEPP. Din għandha tispeċifika kif tista’ tiġi aċċessata informazzjoni ulterjuri dwar il-korp ikkonċernat tal-ADR u dwar il-kundizzjonijiet għall-użu tagħha.
Artikolu 50 6.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri li jippermettu lill-klijenti tal-PEPP u lil partijiet ikkonċernati oħra, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur, jippreżentaw ilmenti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-allegat ksur ta’ dan ir-Regolament min-naħa tal-fornituri tal-PEPP u tad-distributuri tal-PEPP. Fil-każijiet kollha, min jagħmel ilment għandu jirċievi risposta.
Artikolu 50 7.
F’każijiet li jikkonċernaw aktar minn Stat Membru wieħed, l-ilmentatur jista’ jagħżel li jressaq l-ilment tiegħu permezz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza tiegħu stess, irrispettivament minn fejn ikun seħħ il-ksur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.